Bulgarian to Maltese European Commission terminology (DGT)

Search term or phrase in this TERMinator '. "." . '

Purchase TTMEM.com full membership to search this dictionary
 
 
Share this dictionary/glossary:
 

 
database_of_translation_agencies
 

SourceTarget
всякаква злоупотреба, имитация или пресъздаване, дори ако е посочен истинският произход на продуктите или услугите или ако защитеното наименование е преведено или придружено от израз, като „стил“, „тип“, „метод“, „както се произвежда във“, „имитация“ или друг подобен израз, включително когато тези продукти са използвани като съставка;kwalunkwe użu skorrett, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodotti jew tas-servizzi hija indikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew akkumpanjat b’espressjoni bħal “stil”, “tip”, “metodu”, “kif prodott fi”, “imitazzjoni” jew xi espressjoni simili, inkluż il-każ meta dawk il-prodotti jintużaw bħala ingredjent;
всяко друго фалшиво или подвеждащо означение по отношение на потеклото, произхода, естеството или съществените качества на продукта, което е използвано върху вътрешната или външната опаковка, рекламен материал или документи, касаещи въпросния продукт, и опаковането на продукта в опаковка, която може да създаде погрешна представа за произхода му;kwalunkwe indikazzjoni oħra falza jew li tiżgwida dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott li tintuża fuq il-pakkett minn ġewwa jew minn barra, fuq il-materjal ta’ riklamar jew fuq dokumenti relatati mal-prodott ikkonċernat, u l-ippakkjar tal-prodott f’kontenitur li jista’ jagħti impressjoni falza dwar l-oriġini tiegħu;
всяка друга практика, която би могла да подведе потребителя относно истинския произход на продукта.kull prattika oħra li tista’ tiżgwida lill-konsumatur dwar l-oriġini vera tal-prodott.
Когато защитено наименование за произход или защитено географско указание съдържа смятано за родово име на продукт, не се смята, че използването на това родово име е в противоречие с първа алинея, буква а) или буква б).Fejn denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta jkollha fiha l-isem ta’ prodott li jitqies bħala ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku m’għandux jitqies bħala użu li jmur kontra l-punti (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu.
Защитените наименования за произход и защитените географски указания не могат да станат родови.Id-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ma għandhomx isiru ġeneriċi.
Държавите-членки вземат подходящи административни и съдебни мерки за предотвратяване или спиране на неправомерното използване на защитени наименования за произход и на защитени географски указания съгласно параграф 1, които са произведени или предлагани на пазара в съответната държава-членка.L-Istati Membri għandhom jieħdu passi amministrattivi u ġudizzjarji adatti biex jimpedixxu jew iwaqqfu l-użu illegali ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, kif imsemmi fil-paragrafu 1, li huma prodotti jew kummerċjalizzati f’dak l-Istat Membru.
За тази цел държавите-членки определят органи, отговорни за предприемането на тези мерки съгласно процедури, определени от всяка държава-членка.Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkunu responsabbli li jieħdu dawn il-passi f’konformità mal-proċeduri determinati minn kull Stat Membru individwali.
Тези органи предоставят адекватни гаранции за обективност и безпристрастност и разполагат с необходимия квалифициран персонал и ресурси, необходими за изпълнениетона техните задачи.Dawn l-awtoritajiet għandhom joffru garanziji adegwati ta’ oġġettività u imparzjalità, u għandhom ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom il-persunal kwalifikat u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
Връзка между марки, наименования за произход и географски указанияRelazzjonijiet bejn trademarks, denominazzjonijiet tal-oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi
Когато е регистрирано наименование за произход или географско указание съгласно настоящия регламент, регистрацията на марка, чието използване би нарушило член 13, параграф 1 и която се отнася за продукти от същия клас, получава отказ, ако заявлението за регистрация на марката е подадено след датата на подаване до Комисията на заявлението за регистрация във връзка с наименованието за произход или географското указание.Fejn denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika tkun irreġistrata taħt dan ir-Regolament, ir-reġistrazzjoni ta’ trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1) u li tkun relattiva għal prodott tal-istess tip, għandha tiġi rifjutata jekk l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trademark tiġi ppreżentata wara d-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni fir-rigward tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika lill-Kummissjoni.
Марки, регистрирани в нарушение на първа алинея, се обявяват за недействителни.It-trademarks irreġistrati bi ksur tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu invalidati.
Разпоредбите на настоящия параграф се прилагат независимо от разпоредбите на Директива 2008/95/ЕО.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu għandhom japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/95/KE.
Без да се засяга член 6, параграф 4, марка, чието използване нарушава член 13, параграф 1, за която има подадено заявление, която е регистрирана или се е наложила в резултат на употреба, ако такава възможност е предвидена в съответното законодателство, добросъвестно и на територията на Съюза преди датата, на която е било представено на Комисията заявлението за предоставяне на защита на наименованието за произход или на географското указание, може да продължи да се използва и да се подновява за съответния продукт, независимо от регистрацията на наименование за произход или на географско указание, при условие че не са налице основания за недействителност или отмяна съгласно Регламент (ЕО) № 207/2009 на Съвета от 26 февруари 2009 г. относно марката на Общността [22]или съгласно Директива 2008/95/ЕО.Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6(4), trademark li l-użu tagħha jikser l-Artikolu 13(1), li għaliha tkun saret applikazzjoni, li tkun ġiet irreġistrata jew li tkun ġiet stabbilita bl-użu jekk il-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun tagħti dik il-possibbiltà, bona fide, fit-territorju tal-Unjoni, qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għall-protezzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, tista’ tibqa’ tintuża u tiġġedded għal dak il-prodott minkejja r-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet għall-invalidità jew għar-revoka tagħha skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trademark Komunitarja [22]jew skont id-Direttiva 2008/95/KE.
В подобни случаи се разрешава използването на защитеното наименование за произход или на защитеното географско указание, както и използването на съответните марки.F’każijiet bħal dawn, l-użu tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jkun permess kif ukoll l-użu tat-trademarks rilevanti.
Преходни периоди за използване на защитени наименования за произход и на защитени географски указанияPerijodi transizzjonali għall-użu ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi protetti
Без да се засяга член 14, Комисията може да приема актове за изпълнение, с които се предоставя преходен период до пет години, за да се даде възможност продукти с произход от държава-членка или от трета държава, чиито наименования се състоят от или включват наименование, което е в нарушение на член 13, параграф 1, да продължат да използват наименованието, под което са били предлагани на пазара, при условие че отговарящо на условията възражение съгласно член 49, параграф 3 или член 51 показва, че:Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu perijodu transizzjonali sa ħames snin biex jippermettu prodotti li joriġinaw fi Stat Membru jew f’pajjiż terz li d-denominazzjoni tagħhom tikkonsisti minn jew tinkludi isem li jikser l-Artikolu 13(1) biex ikomplu jużaw id-denominazzjoni li taħtha kienu kkumerċjalizzati, sakemm dikjarazzjoni ammissibbli ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 49(3) jew l-Artikolu 51 turi li:
регистрацията на наименованието би поставила под въпрос съществуването на отчасти или изцяло идентично наименование; илиir-reġistrazzjoni tal-isem tkun thedded l-eżistenza ta’ isem li jkun kompletament jew parzjalment identiku; jew
тези продукти са били законно предлагани на пазара с това наименование на съответната територия най-малко пет години преди датата на публикуването, посочено в член 50, параграф 2, буква а).dawn il-prodotti jkunu ilhom jiġu kkummerċjalizzati legalment b’dak l-isem fit-territorju kkonċernat għal mill-inqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni prevista fil-punt (a) tal-Artikolu 50(2).
Без да се засяга член 14, Комисията може да приема актове за изпълнение за удължаване на преходния период, посочен в параграф 1 от настоящия член, до 15 години в надлежно обосновани случаи, ако бъде доказано, че:Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jestendu l-perijodu transizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal 15-il sena f’każijiet debitament ġustifikati fejn jintwera li:
посоченото в параграф 1 от настоящия член наименование се е използвало законно, последователно и справедливо поне 25 години преди в Комисията да бъде подадено заявлението за регистрация;id-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ilha tintuża legalment b’mod konsistenti u ġust għal mill-inqas 25 sena qabel ma l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ġiet ippreżentata lill-Kummissjoni;
целта на използване на наименованието, посочено в параграф 1 от настоящия член, никога не е била извличането на полза от репутацията на регистрираното наименование и е доказано, че потребителят не е бил, нито би могъл да бъде заблуден по отношение на действителния произход на продукта.l-iskop tal-użu tad-denominazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma kien, fl-ebda waqt, għal profitt mir-reputazzjoni tal-isem reġistrat u jintwera li l-konsumatur ma ġiex jew ma setax jiġi żgwidat fir-rigward tal-oriġini vera tal-prodott.
При използването на наименование, посочено в параграфи 1 и 2, държавата на произход се поставя ясно и на видно място върху етикета.Meta tintuża denominazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini għandha tidherfuq it-tikketta b’mod ċar u viżibbli.
За да се преодолеят временни затруднения с дългосрочната цел да се гарантира, че всички производители във въпросния район се съобразяват със спецификацията, държавата-членка може да предостави преходен период до 10 години, считано от датата, на която заявлението е подадено до Комисията, при условие че съответните оператори законно са предлагали въпросните продукти на пазара, използвайки съответните имена непрекъснато най-малко през последните пет години преди подаването на заявлението до органите на държавата-членка и са отбелязали това в националната процедура за предявяване на възражения, посочена в член 49, параграф 3.Biex jingħelbu d-diffikultajiet temporanji bil-għan li, fuq perijodu fit-tul, ikun żgurat li l-produtturi kollha fiż-żona kkonċernata jikkonformaw mal-ispeċifikazzjoni, Stat Membru jista’ jagħti perijodu transizzjonali ta’ mhux aktar minn 10 snin, b’effett mid-data li fiha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni lill-Kummissjoni, bil-kondizzjoni li l-operaturi kkonċernati jkunu kkumerċjalizzaw legalment il-prodotti kkonċernati u jkunuużaw l-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-inqas ħames snin qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istat Membru u jkunu għamlu dak il-punt fil-proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikolu 49(3).
Първата алинея се прилага mutatis mutandis за защитено географско указание или защитено наименование за произход, отнасящи се до географски район, разположен в трета държава, с изключение на процедурата за предявяване на възражения.L-ewwel subparagrafu għandu japplika mutatis mutandis għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal denominazzjoni protetta tal-oriġini li tirriferi għal żona ġeografika li tinsab f’pajjiż terz, bl-eċċezzjoni tal-proċedura ta’ oppożizzjoni.
Подобни преходни периоди се указват в документацията на заявлението по член 8, параграф 2.Dawn il-perijodi transizzjonali għandhom ikunu indikati fid-dossier tal-applikazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2).
Преходни разпоредбиDispożizzjonijiet transizzjonali
Наименованията, вписани в регистъра, предвиденв член 7, параграф 6 от Регламент (ЕО) № 510/2006, се включват автоматично в регистъра, посочен в член 11 от настоящия регламент.L-ismijiet imdaħħlin fir-reġistru previst fl-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 għandhom jiddaħħlu b’mod awtomatiku fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament.
Приема се, че съответните спецификации са спецификациите, посочени в член 7 от настоящия регламент.L-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti għandhom jitqiesu li huma l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.
Всички специални преходни разпоредби, свързани с тези регистрации, продължават да се прилагат.Kwalunkwe dispożizzjoni transizzjonali speċifika assoċjata ma’ reġistrazzjonijiet bħal dawn għandha tkompli tapplika.
За да се защитят правата и законните интереси на съответните производители или на заинтересованите страни, на Комисията се предоставя правомощието да приема делегирани актове в съответствие с член 56 относно допълнителни преходни разпоредби.Sabiex ikunu protetti d-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-produtturi jew tal-partijiet interessati kkonċernati, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, dwar regoli transizzjonali addizzjonali.
Настоящият регламент се прилага, без да се засяга, от една страна, правото на едновременно съществуване, признато съгласно Регламент (ЕО) № 510/2006 по отношение на наименованията за произход и на географските указания, и, от друга страна, — на марките.Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ koeżistenza rikonoxxut taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 fir-rigward ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi minn naħa waħda, u ta’ trademarks, min-naħa l-oħra.
ДЯЛ IIITITOLU III
ХРАНИ С ТРАДИЦИОННО СПЕЦИФИЧЕН ХАРАКТЕРSPEĊJALITAJIET TRADIZZJONALI GARANTITI
Създава се схема за храни с традиционно специфичен характер за защита на традиционни методи на производство и рецепти чрез подпомагане на производителите на традиционни продукти при предлагането на пазара и информирането на потребителите относно добавящите стойност специфики на техните традиционни рецепти и продукти.B’dan hija stabbilita skema għall-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti biex jiġu salvagwardati l-metodi ta’ produzzjoni u riċetti tradizzjonali billi produtturi ta’ prodott tradizzjonalijiġu megħjuna jikkummerċjalizzaw u jikkomunikaw l-attributi li jżidu l-valur tar-riċetti u l-prodotti tradizzjonali tagħhom lill-konsumaturi.
КритерииKriterji
Едно наименование отговаря на условията за регистрация като храна с традиционно специфичен характер, когато описва специфичен продукт или храна, който (която):Isem għandu jkun eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħala speċjalità tradizzjonali garantita fejn dan jiddeskrivi prodott speċifiku jew oġġett tal-ikel li:
е резултат от начин на производство, преработка или състав, които съответстват на традиционна практика за този продукт или тази храна, илиikun ġej minn tip ta’ produzzjoni, ipproċessar jew minn kompożizzjoni li jikkorrispondu għal prattika tradizzjonali fir-rigward ta’ dak il-prodott jew oġġett tal-ikel; jew
е произведен (произведена) от суровини или съставки, които традиционно се използват за него (нея).ikun magħmul minn materja prima jew minn ingredjenti li huma dawk użati tradizzjonalment.
За да бъде регистрирано едно наименование като храна с традиционно специфичен характер, то трябва:Sabiex isem jiġi rreġistrat bħala speċjalità tradizzjonali garantita, huwa għandu:
да е било използвано традиционно за този специфичен продукт; илиikun intuża tradizzjonalment biex jirriferi għall-prodott speċifiku; jew
да е означение за традиционния характер или специфичния характер на продукта.jidentifika l-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott.
Ако в процедурата по предявяване на възражения съгласно член 51 се докаже, че наименованието се използва и в друга държава-членка или в трета държава, за да се разграничат сходни продукти или продукти, които имат еднакво или подобно наименование, в решението за регистриране, взето в съответствие с член 52, параграф 3, може да се предвиди наименованието на храната с традиционно специфичен характер да бъде придружено с обозначението „приготвено в съответствие с традициите на“, което да бъде непосредствено последвано от наименованието на държавата или на съответния район от нея.Jekk jintwera fil-proċedura ta’ oppożizzjoni taħt l-Artikolu 51 li l-isem jintuża wkoll fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz, sabiex issir distinzjoni bejn prodotti komparabli jew prodotti li għandhom isem identiku jew simili, id-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni meħuda skont l-Artikolu 52(3) tista’ tipprevedi li l-isem tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita jkun akkumpanjat mill-istqarrija “magħmul skont it-tradizzjoni ta’” immedjatament segwita mill-isem ta’ pajjiż jew reġjun tiegħu.
Не може да се регистрира наименование, което се позовава единствено на претенции от общ характер, използвани за група от продукти, или на претенции, предвидени в конкретно законодателство на Съюза.Isem ma jistax jiġi rreġistrat jekk ikun jirriferi biss għal stqarrijiet ta’ natura ġenerali użati għal ġabra ta’ prodotti, jew għal stqarrijiet previsti f’leġislazzjoni partikolari tal-Unjoni.
За да се осигури гладкото функциониране на схемата, на Комисията се предоставя правомощието да приема делегирани актове в съответствие с член 56 относно допълнителните подробности за критериите за допустимост, предвидени в настоящия член.Biex ikun żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-iskema, il-Kummissjoni hija b’dan mogħtija s-setgħa li tadotta atti ddelegati, f’konformità mal-Artikolu 56, li jikkonċernaw aktar dettalji dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà stipulati f’dan l-Artikolu.
Храна с традиционно специфичен характер трябва да е в съответствие със спецификацията, която включва:Speċjalità tradizzjonali garantita għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandha tinkludi:
предлаганото за регистрация наименование в подходящите езикови версии;l-isem propost għar-reġistrazzjoni, bil-verżjonijiet lingwistiċi xierqa;
описание на продукта, включително неговите основни физични, химични, микробиологични или органолептични характеристики, които показват неговия специфичен характер;deskrizzjoni tal-prodott li tinkludi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi ewlenin tiegħu, li turi l-karattru speċifiku tal-prodott;
описание на начина на производство, който трябва даспазват производителите, включително, при необходимост, естеството и характеристиките на използваните суровини или съставки, както и метода, по който е приготвен продуктът; иdeskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni li l-produtturi għandhom isegwu, inklużi, fejn ikun il-każ, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, u l-metodu ta’ preparazzjoni tal-prodott; u
основните елементи, които определят традиционния характер на продукта.l-elementi ewlenin li jistabbilixxu n-natura tradizzjonali tal-prodott.
Заявлението за регистрация на наименование на храна с традиционно специфичен характер, посочено в член 49, параграф 2 или 5, включва:Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem bħala speċjalità tradizzjonali garantita msemmija fl-Artikolu 49(2) jew (5) għandha tinkludi:
спецификацията на продукта съгласно член 19.l-ispeċifikazzjoni tal-prodott kif previst fl-Artikolu 19.
данните, посочени в параграф 1 от настоящия член; иl-elementi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u
декларация от държавата-членка, че тя смята заявлението, подадено от групата заявител и отговарящо на условията за благоприятно решение, за отговарящо на изискванията на настоящия регламент и на приетите в съответствие с него разпоредби.dikjarazzjoni mill-Istat Membru li huwa jqis li l-applikazzjoni ppreżentata mill-grupp u li tikkwalifika għal deċiżjoni favorevoli tissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi miegħu.
Мотивирано възражение съгласно посоченото в член 51, параграф 2 се приема само ако е получено от Комисията преди изтичането на срока и ако:Dikjarazzjoni motivata ta’ oppożizzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 51(2) għandha tkun ammissibbli biss jekk tasal għand il-Kummissjoni qabel ma jiskadi l-limitu taż-żmien u jekk hija:
предоставя надлежно обосновани доводи защо предлаганата регистрация е несъвместима с условията по настоящия регламент; илиtagħti raġunijiet debitament sostanzjati għaliex ir-reġistrazzjoni proposta mhijiex kompatibbli mat-termini ta’ dan ir-Regolament; jew
доказва, че използването на наименованието е законно, известно и икономически значимо за сходни селскостопански продукти или храни.turi li l-użu tal-isem huwa legali, magħruf u ekonomikament sinifikattiv għal prodotti agrikoli jew oġġetti tal-ikel simili.
Критериите, посочени в параграф 1, буква б), се оценяват по отношение на територията на Съюза.Il-kriterji msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jiġu vvalutati relattivament għat-territorju tal-Unjoni.
Регистър на храни с традиционно специфичен характерReġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti
Без да прилага процедурата, посочена в член 57, параграф 2, Комисията приема актове за изпълнение за създаване и поддържане на публично достъпен актуализиран регистър на храните с традиционно специфичен характер, признати в рамките на настоящата схема.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni, mingħajr l-applikazzjoni tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(2), li jistabbilixxu u jipprovdu għaż-żamma ta’ reġistru aġġornat aċċessibbli għall-pubbliku tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti, rikonoxxuti taħt din l-iskema.
Наименования, символи и означенияIsmijiet, simbolu u indikazzjoni

Want to see more? Purchase TTMEM.com full membership