Bulgarian to Maltese European Commission terminology (DGT)

Search term or phrase in this TERMinator '. "." . '

Purchase TTMEM.com full membership to search this dictionary
 
 
Share this dictionary/glossary:
 

 
database_of_translation_agencies
 

SourceTarget
Ако даден инвеститор, който е взел тези фактори предвид, не е сигурен дали има правомощия, той разглежда допълнителни факти и обстоятелства, като това дали характерът на останалите акционери е пасивен, видно от схемите на гласуване от предишни събрания на акционерите.Jekk investitur, wara li jkun ikkunsidra dawn il-fatturi, ma jkunx ċar dwar jekk għandux setgħa, huwa għandu jikkunsidra fatti u ċirkustanzi addizzjonali, bħal pereżempju jekk azzjonisti oħra jkunux passivi fin-natura tagħhom kif muri mill-mudelli tal-vot f'laqgħat preċedenti tal-azzjonisti.
Това включва преценка на факторите, посочени в параграф Б18, и на показателите в параграфи Б19 и Б20.Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-fatturi stipulati fil-paragrafu B18 u l-indikaturi fil-paragrafi B19 u B20.
Колкото по-малко права на глас притежава инвеститорът и колкото по-малко лица трябва да действат заедно, за да си осигурят повече гласове от инвеститора, толкова по-голямо значение биха имали допълнителните факти и обстоятелства при преценката дали правата на инвеститора са достатъчни, за да му осигурят правомощия.Inqas ma l-investitur ikollu drittijiet tal-vot, u inqas ma jkun hemm partijiet li jridu jaġixxu flimkien biex il-vot tagħhom jegħleb dak tal-investitur, aktar ikun hemm bżonn li wieħed jibbaża fuq il-fatti u ċ-ċirkustanzi addizzjonali sabiex jiġi vvalutat jekk id-drittijiet tal-investitur ikunux biżżejjed biex jagħtuh setgħa.
Когато фактите и обстоятелствата в параграфи Б18—Б20 се разглеждат заедно с правата на инвеститора, по-голяма тежест имат доказателствата за правомощия в параграф Б18, отколкото показателите за правомощия в параграфи Б19 и Б20.Meta l-fatti u ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi B18–B20 jiġu kkunsidrati flimkien mad-drittijiet tal-investitur, għandha tingħata importanza akbar lill-evidenza tas-setgħa fil-paragrafu B18 milli lill-indikaturi tas-setgħa fil-paragrafi B19 u B20.
Инвеститорът притежава 45 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано.Investitur għandu 45 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment.
Единадесет други акционера притежават по 5 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано.Ħdax-il azzjonista ieħor, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment.
Никой от акционерите не е сключвал договорни споразумения да се консултира с някой от другите или да взема колективни решения.L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti kuntrattwali biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi.
В този случай само абсолютният размер на дяловото участие на инвеститора и относителният дял на другите дялови участия не са решаващи при определяне дали инвеститорът има достатъчни права, които му осигуряват правомощия в предприятието, в което е инвестирано.F'dan il-każ, id-daqs assolut tal-parteċipazzjoni tal-investitur u d-daqs relattiv tal-ishma l-oħra waħedhom mhumiex konklużivi sabiex jiġi ddeterminat jekk l-investitur għandux drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.
Разглеждат се допълнителнифакти и обстоятелства, които могат да предоставят доказателства, че инвеститорът има или няма правомощия.Għandhom jiġu kkunsidrati fatti u ċirkustanzi addizzjonali li jistgħu jipprovdu evidenza li l-investitur għandu, jew m'għandux, setgħa.
Трима други инвеститора притежават по 5 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано.Tliet azzjonisti oħra, kull wieħed minnhom għandu 5 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment.
Останалите права на глас се притежават от множество други акционери, никой от които не притежава повече от 1 процент от правата на глас.Id-drittijiet tal-vot l-oħra huma għand diversi azzjonisti oħra, li l-ebda wieħed minnhom individwalment ma għandu iżjed minn 1 fil-mija tad-drittijiet tal-vot.
Нито един от акционерите не е сключил споразумение да се консултира с някой от другите или да взема колективни решения.L-ebda wieħed mill-azzjonisti ma għandu arranġamenti biex jikkonsulta lil xi ħadd mill-oħrajn jew biex jieħu deċiżjonijiet kollettivi.
Решенията по отношение на съответните дейности на предприятието, в което е инвестирано, изискват одобрението на мнозинството от гласовете, подадени на съответните събрания на акционерите — 75 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано, са подадени на съответните скорошни събрания на акционерите.Id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment jeħtieġu l-approvazzjoni ta’ maġġoranza tal-voti mixħuta f'laqgħat tal-azzjonisti rilevanti—75 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment ġew mixħuta f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti rilevanti.
В този случай активното участие на други акционери на последните събрания на акционерите означава, че инвеститорът не би имал възможност на практика еднолично да ръководи съответните дейности, независимо от това дали инвеститорът е ръководил съответните дейности, защото достатъчен брой други акционери са гласували по същия начин като него.F'dan il-każ, il-parteċipazzjoni attiva tal-azzjonisti l-oħra f'laqgħat riċenti tal-azzjonisti tindika li l-investitur ma jkollux il-kapaċità prattika biex jiddirieġi l-attivitajiet rilevanti b'mod unilaterali, irrispettivament minn jekk l-investitur ikunx iddirieġa l-attivitajiet rilevanti minħabba li numru suffiċjenti ta’ azzjonisti oħra jkunu vvotaw bl-istess mod bħall-investitur.
Б46 Ако след разглеждане на факторите, посочени в параграф Б42, букви а) — г), не е ясно дали инвеститорът има правомощия, то инвеститорът не контролира предприятието, в което е инвестирано.B46 Jekk ma jkunx ċar, wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-fatturi elenkati fil-paragrafu B42(a)–(d), li l-investitur għandu setgħa, l-investitur ma jikkontrollax d-destinatarja ta’ investiment.
Потенциални права на гласDrittijiet potenzjali tal-vot
Б47 При оценяване на контрола инвеститорът взема предвид потенциалните си права на глас, както и потенциалните права на глас, които притежават другите лица, за да определи дали има правомощия.B47 Meta jivvaluta l-kontroll, investitur jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot tiegħu kif ukoll id-drittijiet potenzjali tal-vot ta’ partijiet oħra, sabiex jistabilixxi jekk għandux setgħa.
Потенциалните права на глас са права за получаване на права на глас в предприятието, в което е инвестирано, като например възникващите от конвертируеми инструменти или опции, включително форуърдни споразумения.Id-drittijiet potenzjali tal-vot huma drittijiet sabiex jinkisbu drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment, bħal dawk li jirriżultaw minn strumenti jew opzjonijiet konvertibbli, fosthom il-kuntratti bil-quddiem.
Тези потенциални права на глас се вземат предвид само ако правата са материални (вж. параграфи Б22—Б25).Dawn id-drittijiet potenzjali tal-vot jiġu kkunsidrati biss jekk id-drittijiet ikunu sostantivi (ara l-paragrafi B22–B25).
Б48 Когато разглежда потенциалните права на глас, инвеститорът взема предвид целта и модела на инструмента, както и целта и модела на всяко друго участие на инвеститора в предприятието, в което е инвестирано.B48 Meta jkun qiegħed jikkunsidra d-drittijiet potenzjali tal-vot, investitur għandu jikkunsidra l-għan u d-disinn tal-istrument, kif ukoll l-għan u d-disinn ta’ kwalunkwe involviment ieħor li l-investitur ikollu fid-destinatarja ta’ investiment.
Това включва оценка на различните условия на инструмента, както и очевидните очаквания на инвеститора, неговите мотиви и причини да се съгласи с тези условия.Dan jinkludi valutazzjoni tad-diversi termini u kundizzjonijiet tal-istrument kif ukoll l-aspettattivi, il-motivi u r-raġunijiet apparenti tal-investitur biex jaqbel ma’ dawk il-patti u kundizzjonijiet.
Б49 Ако инвеститорът има също така права на глас или други права за вземане на решения във връзка с дейностите на предприятието, в което е инвестирано, той преценява дали тези права, в комбинация с потенциалните права на глас, му дават правомощия.B49 Jekk l-investitur ikollu wkoll drittijiet tal-vot u drittijietoħra ta’ teħid tad-deċiżjonijiet relatati mal-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment, l-investitur jivvaluta jekk dawk id-drittijiet, flimkien mad-drittijiet potenzjali tal-vot, jagħtuhx setgħa.
Б50 Материалните потенциални права на глас, било то самостоятелно или в комбинация с други права, могат да осигурят на инвеститора възможност към момента да ръководи съответните дейности.B50 Drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot waħedhom, jew flimkien ma’ drittijiet oħra, jistgħu jagħtu lil investitur il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.
Например има вероятност случаят да е такъв, когато инвеститорът притежава 40 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано, и в съответствие с параграф Б23 има материални права, произтичащи от опции да придобие още 20 процента от правата на глас.Pereżempju, dan x'aktarx li jkun il-każ meta investitur ikollu 40 fil-mija tad-drittijiet tal-vot ta’ destinatarja ta’ investiment u, skont il-paragrafu B23, ikollu drittijiet sostantivi li joħorġu minn opzjonijiet biex jikseb 20 fil-mija oħra tad-drittijiet tal-vot.
Инвеститор Б притежава 30 процента от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано, както и опция да придобие половината от правата на глас на инвеститор А. Опцията може да бъде упражнена в рамките на следващите две години на определена цена, която въобще не е изгодна (и се очаква да остане такава през споменатия двугодишен период).Investitur B għandu 30 fil-mija tad-drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment kif ukoll opzjoni biex jikseb nofs id-drittijiet tal-vot tal-investitur A. L-opzjoni tista' tiġi eżerċitata għas-sentejn li jmiss bi prezz fiss li huwa sfavorevoli ħafna (u jkun mistenni li jibqa' hekk għal dak il-perjodu ta’ sentejn).
Инвеститор А е упражнявал своите права на глас и активно ръководи съответните дейности на предприятието, в което е инвестирано.Investitur A kien qiegħed jeżerċita l-voti tiegħu u qiegħed jiddirieġi attivament l-attivitajiet rilevanti tad-destinatarja ta’ investiment.
В такъв случай инвеститор А има вероятност да изпълни критерия за правомощия, защото изглежда, че той има възможност към момента да ръководи съответните дейности.F'każ bħal dan, l-investitur A huwa probabbli li jilħaq il-kriterju tas-setgħa minħabba li jidher li għandu l-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.
Въпреки че инвеститор Б има опции, които може да упражни към момента, за да закупи допълнителни права на глас (които, ако бъдат упражнени, ще му осигурят мнозинство от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано), свързаните с тези опции условия са такива, че опциите не се считат за материални.Għalkemm l-investitur B preżentement għandu opzjonijiet eżerċitabbli biex jixtri drittijiet tal-vot addizzjonali (li, jekk jiġu eżerċitati, jagħtuh maġġoranza tad-drittijiet tal-vot fid-destinatarja ta’ investiment), il-patti u l-kundizzjonijiet assoċjati ma’ dawk l-opzjonijiet huma tali li l-opzjonijiet mhumiex ikkunsidrati bħala sostantivi.
Инвеститор А и двама други инвеститора притежават по една трета от правата на глас в предприятието, в което е инвестирано.L-attività kummerċjali tad-destinatarja ta’ investiment hija marbuta mill-qrib mal-investitur A. Minbarra l-istrumenti azzjonarji tiegħu, l-investitur A għandu wkoll strumenti tad-dejn li huma konvertibbli fi kwalunkwe ħin f'ishma ordinarji tad-destinatarja ta’ investiment għal prezz fiss li huwa sfavorevoli (iżda mhux sfavorevoli ħafna).
Инвеститор А би имал полза от реализирането на синергии, ако дълговите инструменти бъдат преобразувани в обикновени акции.L-investitur A għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minħabba li għandu drittijiet tal-vot tad-destinatarja ta’ investiment flimkien ma’ drittijiet sostantivi potenzjali tal-vot li jagħtuh il-kapaċità kurrenti biex jidderieġi l-attivitajiet rilevanti.
Инвеститор А има правомощия в предприятието, в което е инвестирано, защото притежава права на глас в споменатото предприятие, заедно с материални потенциални права на глас, които му дават възможност към момента да ръководи съответните дейности.Setgħa meta d-drittijiet tal-vot jew drittijiet simili ma jkollhomx effett sinifikanti fuq ir-redditi tad-destinatarja ta’ investiment
Правомощия, когато правата на глас или аналогични права не оказват значително въздействие върху възвръщаемостта на предприятието, в което е инвестирано Б51 При преценка на целта и модела на предприятието, в което е инвестирано (вж. параграфи Б5—Б8), инвеститорът взема предвид участието и взетите решения при създаването на споменатото предприятие като част от неговия модел и преценява дали условията на сделката и характеристиките на участието му дават достатъчни права, за да има правомощия.B51 Meta jivvaluta l-għan u d-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment (ara l-paragrafi B5–B8), investitur għandu jikkunsidra l-involviment u d-deċiżjonijiet meħuda fil-bidu tal-entità bħala parti mid-disinn tagħha u jevalwa jekk it-termini u l-aspetti tat-tranżazzjonijiet tal-involviment jagħtux lill-investitur drittijiet li jkunu suffiċjenti biex jagħtuh setgħa.
Само по себе си участието в определянето на модела на предприятието, в което е инвестирано, не е достатъчно, за да осигури контрол на инвеститора.L-involviment biss fid-disinn ta’ destinatarja ta’ investiment mhux suffiċjenti biex jagħti setgħa lil investitur.
Въпреки това участието в определянето на модела може да означава, че инвеститорът е имал възможност да получи достатъчни права, за да му осигурят правомощия в предприятието, в което е инвестирано.Madankollu, l-involviment fid-disinn jista' jindika li l-investitur kellu l-opportunità li jikseb drittijiet li huma suffiċjenti biex jagħtuh setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.
Б52 Освен това инвеститорът взема предвид договорните споразумения, като права за изкупуване, права за продажба и права за ликвидиране, установени при създаването на предприятието, в което е инвестирано.B52 Barra minn hekk, investitur għandu jikkunsidra arranġamenti kuntrattwali bħal drittijiet ta’ eżerċitar, drittijiet ta’ opzjoni put u drittijiet ta’ likwidazzjoni stabiliti fil-bidu tad-destinatarja ta’ investiment.
Когато тези договорни споразумения включват дейности, коитоса тясно свързани с предприятието, в което е инвестирано, тогава тези дейности по същество са неразделна част от общите дейности на споменатото предприятие, въпреки че може да възникнат извън правните граници на предприятието, в което е инвестирано.Meta dawn l-arranġamenti kuntrattwali jinvolvu attivitajiet li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, dawn l-attivitajiet ikunu, fis-sustanza, parti integrali mill-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment, minkejja li jistgħu jseħħu barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment.
Следователно изричните или подразбиращи се права за вземане на решения, предвидени в договорните споразумения, които са тясно свързани с предприятието, в което е инвестирано, трябва да се считат за съответни дейности при определяне на правомощията в споменатото предприятие.Għalhekk, id-drittijiet espliċiti jew impliċiti ta’ teħid tad-deċiżjonijiet inkorporati f'arranġamenti kuntrattwali li jkunu marbuta mill-qrib mad-destinatarja ta’ investiment, iridu jitqiesu bħalaattivitajiet rilevanti meta tiġi ddeterminata s-setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment.
Б53 При някои предприятия, в които е инвестирано, съответните дейности възникват едва при появата на определени обстоятелства или настъпването на определени събития.B53 Għal xi destinatarji ta’ investiment, attivitajiet rilevanti jseħħu biss meta jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħu avvenimenti partikolari.
Предприятието, в което е инвестирано, може да е създадено по такъв начин, че ръководството на неговите дейности и неговата възвръщаемост да са предварително определени, освен ако и докато се появяват определените обстоятелства или настъпят определените събития.Id-destinatarja ta’ investiment tista' tkun iddisinjata b'mod li d-direzzjoni tal-attivitajiet tagħha u r-redditi tagħha jkunu ddeterminati minn qabel jekk u sakemm ma jinqalgħux dawk iċ-ċirkustanzi jew iseħħu dawk l-avvenimenti partikolari.
В такъв случай само решенията във връзка с дейностите на предприятието, в което е инвестирано, когато тези обстоятелства или събития настъпят, могат да окажат значително въздействие върху неговата възвръщаемост и, следователно, да бъдат съответни дейности.F'dan il-każ, huma biss id-deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet tad-destinatarja ta’ investiment meta jseħħu dawk iċ-ċirkustanzi jew avvenimenti, li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tagħha u għalhekk huma attivitajiet rilevanti.
Обстоятелствата или събитията не е задължително да са настъпили, за да има правомощия инвеститорът, който може да взема тези решения.Iċ-ċirkustanzi jew l-avvenimenti m'hemmx għalfejn ikunu seħħu biex investitur bil-kapaċità li jieħu dawk id-deċiżjonijiet ikollu s-setgħa.
Фактът, че правото за вземане на решения зависи от появата на обстоятелства или от настъпването на събитие, сам по себе си не прави тези права защитни.Il-fatt li d-dritt ta’ teħid tad-deċiżjonijiet huwa kontinġenti fuq li jinqalgħu ċirkustanzi jew iseħħ avveniment, fih innifsu, ma jagħmilx dawk id-drittijiet protettivi.
Единствената стопанска дейност на предприятието, в което е инвестирано съгласно неговите учредителни документи е да закупува вземания и да ги обслужва ежедневно от името на своите инвеститори.L-unika attività kummerċjali ta’ destinatarja ta’ investiment, kif speċifikat fid-dokumenti tal-istabiliment tagħha, hija li tixtri riċevibbli u tamministrahom (service) minn ġurnata għall-oħra għall-investituri tagħha.
Ежедневното обслужване включва събирането и предаването на плащания на главница и на лихви при настъпване на техния падеж.Is-servizzjar minn ġurnata għall-oħra jinkludi l-ġbir u l-mogħdija tal-pagamenti tas-somma kapitali u tal-imgħax meta jkun imisshom.
Управлението на вземанията преди неизпълнението не е съответна дейност, защото то не изисква вземането на важни решения, които биха могли да окажат значително въздействие върху възвръщаемостта на предприятието, в което е инвестирано — дейностите преди неизпълнението са предварително определени и се състоят единствено в събиране на парични потоци при настъпване натехния падеж и предаването им на инвеститорите.L-immaniġjar tar-riċevibbli qabel inadempjenza mhuwiex attività rilevanti minħabba li ma jeħtieġx li jittieħdu deċiżjonijiet sostantivi li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment—l-attivitajiet qabel l-inadempjenza huma predeterminati u jammontaw biss għal ġbir tal-flussi tal-flus meta jkunu dovuti u jgħaddihom lill-investituri.
Следователно при преценка на общите дейности на предприятието, в което е инвестирано, които оказват значително въздействие върху възвръщаемостта на споменатото предприятие, се взема предвид само правото на инвеститора да управлява активите при неизпълнение.Għalhekk, huwa biss id-dritt tal-investitur li jimmaniġja l-assi wara inadempjenza li għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu vvalutati l-attivitajiet globali tad-destinatarja ta’ investiment li jistgħu jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi tad-destinatarja ta’ investiment.
В настоящия пример моделът на предприятието, в което е инвестирано, гарантира, че инвеститорът има права за вземане на решения във връзка с дейностите, които оказват значително въздействие върху възвръщаемостта в единствения момент, когато се изисква такова право за вземане на решения.F'dan l-eżempju, id-disinn tad-destinatarja ta’ investiment jiżgura li l-investitur ikollu awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet fuq l-attivitajiet li jaffettwaw b'mod sinifikanti r-redditi fl-uniku ħin li tkun meħtieġa tali awtorità għat-teħid tad-deċiżjonijiet.
Условията на споразумението за продажба са неразделна част от общата сделка и създаването на предприятието, в което е инвестирано.It-termini tal-ftehim ta’ put huma integrali għat-tranżazzjoni globali u l-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment.
Следователно условията на споразумението за продажба, заедно с учредителните документи на предприятието, в което е инвестирано, водят до заключението, че инвеститорът има правомощия в споменатото предприятие, независимо от това, че инвеститорът става собственик на вземанията само при неизпълнение и управлява вземанията в неизпълнение извън правните граници на предприятието, в което е инвестирано.Għalhekk, it-termini tal-ftehim ta’ put flimkien mad-dokumenti tal-istabiliment tad-destinatarja ta’ investiment iwasslu għall-konklużjoni li l-investitur għandu setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment minkejja li l-investitur jieħu biss il-pussess tar-riċevibbli wara inadempjenza u jimmaniġja r-riċevibbli li ma tħallsux barra l-konfini legali tad-destinatarja ta’ investiment.
Единствените активи на дадено предприятие, в което е инвестирано, са вземания.L-uniċi assi ta’ destinatarja ta’ investiment huma riċevibbli.
Когато се разглеждат целта и модела на предприятието, в което е инвестирано, се определя, че единствената съответна дейност е управление на вземанията при неизпълнение.Meta jiġu kkunsidrati l-għan u d-disinn tad-destinatarja ta’ investiment, jiġi stabilit li l-unika attività rilevanti hija l-immaniġjar tar-riċevibbli wara inadempjenza.
Лицето, което може да управлява вземанията в неизпълнение, има правомощия в предприятието, в което е инвестирано, независимо от това дали някои от кредитополучателите са изпаднали в неизпълнение.Il-parti li għandha l-kapaċità li timmaniġja r-riċevibbli inadempjenti għandha setgħa fuq id-destinatarja ta’ investiment, irrispettivament minn jekk xi ħadd mill-mutwatarji jkunx inadempjenti.
Б54 Инвеститорът може да поеме изрично или подразбиращо се задължение да гарантира, че предприятието, в което е инвестирано, ще продължи да функционира според модела.B54 Investitur jista' jkollu impenn espliċitu jew impliċitu sabiex jiżgura li destinatarja ta’ investiment tkompli topera kif maħsub.
Това задължение може да увеличи излагането на инвеститора на променливата възвръщаемост и следователно да повиши мотивацията на инвеститора да получи достатъчни права, за да му осигурят правомощия.Tali impenn jista' jżid l-iskopertura tal-investitur għall-varjabilità tar-redditi u għalhekk iżid l-inċentiv għall-investitur biex jikseb drittijiet suffiċjenti li jagħtuh setgħa.
Следователно задължението да гарантира, че предприятието, в което е инвестирано, ще продължи да функционира според модела, може да е показател, че инвеститорът има правомощия, но сам по себе си не предоставя на инвеститора правомощия, нитопречи друго лице да има правомощия.Għalhekk impenn biex jiżgura li destinatarja ta’ investiment topera kif imfassal jista' jkun indikatur li l-investitur ikollu s-setgħa, iżda, fih innifsu, ma jagħtix setgħa lil investitur, u lanqas ma jimpedixxi lil xi parti oħra milli jkollha setgħa.
Излагане на или права върху променливата възвръщаемост от предприятието, в което е инвестираноSkopertura, jew drittijiet, għal redditi varjabbli minn destinatarja ta’ investiment
Б55 При преценката дали инвеститорът има контрол върху дадено предприятие, в което е инвестирано, инвеститорът определя дали е изложен на или има права върху променливата възвръщаемост от неговото участие в споменатото предприятие.B55 Meta jkun qiegħed jivvaluta jekk investitur għandux kontroll ta’ destinatarja ta’ investiment, l-investitur jistabilixxi jekk huwiex skopert, jew jekk għandux drittijiet, għal redditi varjabbli mill-involviment tiegħu fid-destinatarja ta’ investiment.
Б56 Променливата възвръщаемост е възвръщаемост, която не е фиксирана и може да се колебае според резултатите на предприятието, в което е инвестирано.B56 Ir-redditi varjabbli huma redditi li mhumiex fissi u għandhom il-potenzjal li jvarjaw bħala konsegwenza tar-riżultati ta’ destinatarja ta’ investiment.
Променливата възвръщаемост може да бъде само положителна, само отрицателна или както положителна, така и отрицателна (вж. параграф 15).Ir-redditi varjabbli jistgħu jkunu pożittivi biss, negattivi biss jew kemm pożittivi kif ukoll negattivi (ara l-paragrafu 15).
Инвеститорът преценява дали възвръщаемостта от предприятието, в което е инвестирано, е променлива и колко променлива е тази възвръщаемост въз основа на същината на споразумението и без оглед на правната форма на възвръщаемостта.Investitur jivvaluta jekk ir-redditi minn destinatarja ta’ investiment ikunux varjabbli u kemm ikunu varjabbli dawk ir-redditi fuq il-bażi tas-sustanza tal-arranġament u irrispettivament mill-forma ġuridika tar-redditi.

Want to see more? Purchase TTMEM.com full membership