Source | Target | Прилагане към пасивите и инструментите на собствения капитал на предприятието | Applikazzjoni għall-obbligazzjonijiet u l-istrumenti azzjonarji proprji ta’ entità |
Общи принципи | Prinċipji ġenerali |
При оценяването по справедлива стойност се приема, че финансов или нефинансов пасив или инструмент на собствения капитал на предприятието (например капиталови участия, емитирани като възнаграждение в бизнес комбинация) се прехвърля на даден пазарен участник към датата на оценяване. | Il-kejl tal-valur ġust jassumi li obbligazzjoni finanzjarja jew mhux finanzjarja jew l-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. interessi azzjonarji maħruġa bħala korrispettiv f’kombinament ta’ negozju) jiġi ttrasferit lil parteċipant fis-suq fid-data tal-kejl. |
35 Дори когато няма наблюдаем пазар, който да предостави ценова информация относно прехвърлянето на пасив или на инструмент на собствения капитал на предприятието (например защото договорните или другите правни ограничения възпрепятстват прехвърлянето), може да се наблюдава пазар на такива елементи, ако са държани от други страни като активи (например корпоративна облигация или кол-опция върху акциите на предприятието). | 35 Anki meta ma jkunx hemm suq osservabbli li jipprovdi informazzjoni dwar l-ipprezzar tat-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess (eż. minħabba li restrizzjonijiet kuntrattwali jew legali oħrajn ma jippermettux it-trasferiment ta’ oġġetti bħal dawn), jista’ jkun hemm suq osservabbli għal oġġetti bħal dawn jekk ikunu miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi (eż. rabta ta’ korporazzjoni jew opzjoni ta’ xiri fuq l-ishma ta’ entità). |
36 Във всички случаи предприятието използва максимално съответните наблюдаеми хипотези и свежда до минимум използването на ненаблюдаемите хипотези, за да постигне целта за оценяване по справедлива стойност, която е да се определи цената на обичайна сделка между пазарни участници при актуални към датата на оценяване пазарни условия за прехвърляне на пасив или инструмент на собствения капитал. | 36 Fi kwalunkwe każ, entità għandha tagħmel l-aħjar użu minn inputs osservabbli rilevanti u tnaqqas l-użu ta’ inputs mhux osservabbli sabiex tilħaq l-għan ta’ kejl ta’ valur ġust, li jkun li tistma l-prezz li fih isseħħ tranżazzjoni ordinata għat-trasferiment tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bejn il-parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. |
Пасиви и инструменти на собствения капитал, държани от други страни като активи | Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi |
Когато не е налице обявена цена на прехвърлянето на идентичен или сходен пасив или инструмент на собствения капитал на предприятието и идентичният елемент се държи от друга страна като актив, предприятието оценява справедливата стойност на пасива или инструмента на собствения капитал от гледна точка на даден пазарен участник, който държи идентичния елемент като актив към датата на оценяване. | Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku jkun miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jżomm oġġett identiku bħala assi fid-data tal-kejl. |
38 В такива случаи предприятието оценява справедливата стойност на пасива или инструмента на собствения капитал, както следва: | 38 F’każijiet bħal dawn, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju kif ġej: |
като използва обявената цена на активен пазар за идентичния елемент, държан от друга страна като актив, ако тази цена е налице; | billi tuża l-prezz kwotat f’suq attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi, jekk dak il-prezz ikun disponibbli. |
ако тази цена не е налице — като използва други наблюдаеми хипотези като обявената цена на пазар, който не е активен за идентичния елемент, държан от друга страна като актив; | jekk dak il-prezz ma jkunx disponibbli, tuża inputs osservabbli oħrajn, bħall-prezz kwotat f’suq li ma jkunx attiv għall-oġġett identiku miżmum minn parti oħra bħala assi. |
ако посочените в букви а) и б) цени не са налице — като използва друг метод за остойностяване, като например: | jekk il-prezzijiet osservabbli f’(a) u (b) ma jkunux disponibbli, għandha tuża teknika oħra ta’ valwazzjoni, bħal: |
подход на базата на доходите (например остойностяване понастояща стойност, при което са взети предвид бъдещите парични потоци, които пазарен участник би очаквал да получи от държането на пасива или инструмента на собствения капитал като актив; вж. параграфи Б10 и Б11); | approċċ tal-introjtu (eż. teknika ta’ valur preżenti li tikkunsidra l-flussi ta’ flus futuri li parteċipant fis-suq jistenna li jirċievi miż-żamma tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju bħala assi; ara l-paragrafi B10 u B11). |
подход на пазарните сравнения (например използване на обявените цени на подобни пасиви или инструменти на собствения капитал, държани от други страни като активи; виж параграфи Б5—Б7). | approċċ tas-suq (eż. bl-użu ta’ prezzijiet kwotati għal obbligazzjonijiet jew strumenti azzjonarji simili miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi; ara l-paragrafi B5–B7). |
39 Предприятието коригира обявената цена на пасив или инструмент на собствения капитал на предприятието, държани от друга страна като актив, само ако са налице фактори, специфични за актива, които не са приложими към оценяването на справедливата стойност на пасива или инструмента на собствения капитал. | 39 Entità għandha taġġusta biss il-prezz kwotat ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess miżmum minn parti oħra bħala assi jekk hemm fatturi speċifiċi għall-assi li ma jkunux applikabbli għall-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju. |
Предприятието се уверява, че цената на актива не отразява въздействието от евентуално ограничение, възпрепятстващо продажбата му. | Entità għandha tiżgura li l-prezz ta’ assi ma jirriflettix l-effett ta’ restrizzjoni li ma tippermettix il-bejgħ ta’ dak l-assi. |
Някои фактори, които могат да сочат, че обявената цена на актива следва да бъде коригирана, включват следното: | Ċerti fatturi li jistgħu jindikaw li l-prezz kwotat tal-assi għandu jkun aġġustat jinkludu dawn li ġejjin: |
обявената цена на актива се отнася до подобни (но не идентични) пасив или инструмент на собствения капитал, държан от друга страна като актив. | Il-prezz kwotat għall-assi jkun relatat ma’ obbligazzjoni jew strument azzjonarju simili (iżda mhux identiku) miżmum minn parti oħra bħala assi. |
Пасив или инструмент на собствения капитал например може да има специална характеристика (например кредитното качество на емитента), която е различна от тази, отразена в справедливата стойност на сходен пасив или инструмент на собствения капитал, държан като актив; | Pereżempju, l-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju jista’ jkollu karatteristika partikolari (eż. il-kwalità tal-kreditu tal-emittent) li tkun differenti minn dik riflessa fil-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju simili miżmum bħala assi. |
разчетната единица за актива не е същата като за пасива или инструмента на собствения капитал. | L-unità tal-kont għall-assi mhijiex l-istess għall-obbligazzjoni jew l-istrument azzjonarju. |
Например понякога при пасивите цената на даден актив представлява комбинираната цена за дадена група, съставена от дължимите от емитента суми и кредитното подобрение на трета страна. | Pereżempju, fil-każ tal-obbligazzjonijiet, f’ċerti każijiet il-prezz għal assi jirrifletti prezz ikkombinat għal pakkett li jinkludi kemm l-ammonti dovuti mill-emittent kif ukoll titjib fil-kreditu ta’ parti terza. |
Ако разчетната единица за пасива не е за комбинираната група, целта е да се оцени справедливата стойност на пасива на емитента, а не справедливата стойност на комбинираната група. | Jekk l-unità tal-kont għall-obbligazzjoni ma tkunx għall-pakkett ikkombinat, l-għan ikun li jitkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni tal-emittent, mhux il-valur ġust tal-pakkett ikkombinat. |
По този начин предприятието ще коригира наличната цена на актива, за да изключи въздействието от кредитното подобрение на третата страна. | Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-entità taġġusta l-prezz osservat għall-assi sabiex teskludi l-effett tat-titjib fil-kreditu tal-parti terza. |
Пасиви и инструменти на собствения капитал, които не са държани от други страни като активи | Obbligazzjonijiet u strumenti azzjonarji oħrajn mhux miżmuma minn partijiet oħrajn bħala assi |
Когато не е налице обявена цена на прехвърлянето на идентичен или сходен пасив или инструмент на собствения капитал на предприятието и идентичният елемент не се държи от друга страна като актив, предприятието оценява справедливата стойност на пасива или инструмента на собствения капитал, като остойностява от гледната точка на пазарен участник, който дължи пасива или е издал вземане върху собствения капитал. | Meta ma jkunx disponibbli prezz kwotat għat-trasferiment ta’ obbligazzjoni identika jew simili jew għall-istrument azzjonarju tal-entità stess u l-oġġett identiku ma jkunx miżmum minn parti oħra bħala assi, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju permezz ta’ teknika ta’ valwazzjoni mill-perspettiva ta’ parteċipant fis-suq li jkollu l-obbligazzjoni jew li ħareġ it-talba fuq l-ekwità. |
41 Например, когато оценява по настояща стойност, предприятието би могло да вземе под внимание всяко едно от следните: | 41 Pereżempju, meta tapplika teknika tal-valur preżenti entità tista’ tikkunsidra xi wieħed minn dawn: |
бъдещите изходящи парични потоци, които даден пазарен участник би очаквал да понесе при изпълнението на задължение, включително компенсацията, която даден пазарен участник би изисквал, за поемането на задължението (вж. параграфи Б31—Б33). | il-flussi ta’ flus futuri ħerġin li parteċipant fis-suq jistenna li jkollu fil-qadi tal-obbligu, inkluż il-kumpens li parteċipant fis-suq ikun jeħtieġ sabiex jassumi l-obbligu (ara l-paragrafi B31–B33). |
сумата, която даден пазарен участник би получил, за да придобие или издаде идентичен пасив или инструмент на собствения капитал, като използва евентуалните допускания на пазарните участници, когато определят цената на идентичен елемент (например с идентични кредитни характеристики) на основния (или най-изгодния) пазар за издаване на пасив или на инструмент на собствения капитал, при същите договорни условия. | l-ammont li parteċipant fis-suq jirċievi sabiex jidħol fi jew joħroġ obbligazzjoni jew strument azzjonarju identiku, bl-użu tas-suppożizzjonijiet li jużaw il-parteċipanti fis-suq meta jipprezzaw l-oġġett identiku (eż. li jkollu l-istess karatteristiċi ta’ kreditu) fis-suq prinċipali (jew l-aktar vantaġġuż) għall-ħruġ ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju bl-istess termini kuntrattwali. |
Риск от неизпълнение на задължение | Riskju ta’ nonprestazzjoni |
Справедливата стойност на пасив отчита риска от неизпълнение на задължение. | Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett ta’ riskju ta’ nonprestazzjoni. |
Рискът от неизпълнение на задължение включва, но не се ограничава само до, кредитния риск на самото предприятие (както е определено в МСФО 7 „Финансови инструменти: оповестяване“). | Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jinkludi, iżda mhux bilfors ikun limitat għal, ir-riskju tal-kreditu tal-entità stess (kif iddefinit fl-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Divulgazzjonijiet). |
Приема се, че рискът от неизпълнение на задължение не се променя след прехвърлянето на пасива. | Ir-riskju ta’ nonprestazzjoni jkun meqjus l-istess qabel u wara t-trasferiment tal-obbligazzjoni. |
43 Когато оценява справедливата стойност на пасив, предприятието отчита кредитния риск (кредитната репутация) и всички други фактори, които биха могли да окажат влияние върху вероятността задължението да не бъде изпълнено. | 43 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni, entità għandha tikkunsidra l-effett tar-riskju tal-kreditu tagħha (qagħda tal-kreditu) u kwalunkwe fattur ieħor li jista’ jaffettwa l-probabilità li l-obbligu jitwettaq jew le. |
Степента на въздействие може да се различава в зависимост от самия пасив, например: | Dak l-effett jista’ jvarja skont l-obbligazzjoni, pereżempju: |
от това дали пасивът е задължение за предоставяне на парични средства (финансов пасив) или за доставка на стоки или услуги (нефинансов пасив); | jekk l-obbligazzjoni tkun obbligu ta’ kunsinna ta’ flus (obbligazzjoni finanzjarja) jew obbligu ta’ kunsinna ta’ oġġetti jew servizzi (obbligazzjoni mhux finanzjarja). |
от условията на евентуално кредитно подобрение, свързано с пасива. | it-termini tat-titjib fil-kreditu relatati mal-obbligazzjoni, jekk ikun hemm. |
44 Справедливата стойност на пасив отчита риска от неизпълнение на задължение въз основа на съответната разчетна единица. | 44 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jirrifletti l-effett tar-riskju ta’ nonprestazzjoni fuq il-bażi tal-unità tal-kont tagħha. |
Емитентът на пасив, издаден с неделимо кредитно подобрение от трета страна, което се отчита отделно от пасива, не взима предвид кредитното подобрение (например обезпечаване на дълг от третата страна) при оценяването на справедливата стойност на пасива. | L-emittent ta’ obbligazzjoni maħruġa b’titjib fil-kreditu ta’ parti terza mhux separabbli li jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni m’għandux jinkludi l-effett tat-titjib fil-kreditu (eż. garanzija ta’ dejn ta’ parti terza) fil-kejl tal-valur ġust tal-obbligazzjoni. |
Ако кредитното подобрение се отчита отделно от пасива, при оценяването на справедливата му стойност емитентът отчита не кредитната репутация на гаранта, а своята собствена. | Jekk it-titjib fil-kreditu jkun spjegat b’mod separat mill-obbligazzjoni, l-emittent għandu jikkunsidra l-qagħda tal-kreditu tiegħu stess u mhux dik tal-garanti parti terza meta jkejjel il-valur ġust tal-obbligazzjoni. |
Ограничение, предотвратяващо прехвърлянето на пасив или на инструмент на собствения капитал на предприятието | Restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew tal-istrument azzjonarju tal-entità stess |
45 Когато оценява справедливата стойност на пасив или инструмент на собствения капитал на предприятието, предприятието не добавя отделна хипотеза, както и не коригира други хипотези, свързани с наличието на ограничение, което предотвратява прехвърлянето на елемента. | 45 Meta tkejjel il-valur ġust ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess, entità m’għandhiex tinkludi input separat jew aġġustament ta’ inputs oħrajn relatati mal-eżistenza ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tal-oġġett. |
Евентуално ограничение, което не позволява прехвърляне на пасив или на инструмент на собствения капитал на предприятието, се отчита пряко или косвено в останалите хипотези при оценяването на справедливата стойност. | L-effett ta’ restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment ta’ obbligazzjoni jew ta’ strument azzjonarju tal-entità stess ikun inkluż b’mod impliċitu jew espliċitu fl-inputs l-oħrajn fil-kejl tal-valur ġust. |
46 На датата на сделката например, както прехвърлящият, така и приемащият пасива са приели договорената цената за пасива, напълно знаейки, че задължението включва ограничение, което предотвратява прехвърлянето му. | 46 Pereżempju, fid-data tat-tranżazzjoni, kemm il-kreditur kif ukoll l-obbligatur aċċettaw il-prezz tat-tranżazzjoni għall-obbligazzjoni b’għarfien sħiħ li l-obbligu jinkludi restrizzjoni li tipprevjeni t-trasferiment tagħha. |
Поради включеното в договорената цена ограничение, към датата на сделката не се изисква отделна хипотеза или коригиране на съществуваща такава, за да бъде отчетено ограничението за прехвърляне. | Minħabba li r-restrizzjoni tkun inkluża fil-prezz tat-tranżazzjoni, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti fid-data tat-tranżazzjoni sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment. |
Аналогично, за да бъде отчетено ограничението за прехвърляне не се изисква отделна хипотеза или коригиране на съществуваща такава и към последващи дати на оценка. | Bl-istess mod, mhux meħtieġ input separat jew aġġustament ta’ input eżistenti f’dati ta’ kejl sussegwenti sabiex ikun rifless l-effett tar-restrizzjoni fuq it-trasferiment. |
Финансов пасив с характеристика „при поискване“ | Obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda |
47 Справедливата стойност на финансов пасив с характеристика „при поискване“ (напр. безсрочен депозит) не е по-малка от сумата, платима при поискване, която се сконтира от първата дата, на която може да се поиска изплащане на сумата. | 47 Il-valur ġust ta’ obbligazzjoni finanzjarja b’aspett ta’ domanda (eż. depożitu liberu) ma jkunx inqas mill-ammont pagabbli fuq domanda, skontat mill-ewwel data meta l-ammont jista’ jkun meħtieġ jitħallas. |
Прилагане към финансови активи и финансови пасиви с компенсиращи се експозиции към пазарни рискове или към кредитен риск от контрагента | Applikazzjoni għal assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’pożizzjonijiet ta’ tpaċija f’riskji tas-suq jew riskju tal-kreditu tal-kontroparti |
48 Предприятие, което държи група финансови активи и финансови пасиви, е изложено на пазарни рискове (както е определено в МСФО 7) и кредитен риск (както е определен в МСФО 7) от всеки един контрагент. | 48 Entità li żżomm grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji tkun esposta għar-riskji tas-suq (kif iddefiniti fl-IFRS 7) u għar-riskju tal-kreditu (kif iddefinit fl-IFRS 7) ta’ kull kontroparti. |
Ако предприятието управлява тази група финансови активи и финансови пасиви въз основа на нетната си експозиция към пазарни рискове или кредитен риск, при оценяването на справедливата стойност му се разрешава да прилага изключение от настоящия МСФО. | Jekk l-entità timmaniġja dak il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tagħha għar-riskji tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu, l-entità tista’ tapplika eċċezzjoni għal dan l-IFRS għall-kejl tal-valur ġust. |
Това изключение позволява на предприятието да оценява справедливата стойност на група финансови активи и финансови пасиви въз основа на цената, която би получило при продажбата на нетна дълга позиция (т.е. актив) за определена рискова експозиция или прехвърлянето на нетна къса позиция (т.е. пасив) за определена рискова експозиция при обичайна сделка между пазарни участници при актуални към датата на оценяване пазарни условия. | Dik l-eċċezzjoni tippermetti lil entità li tkejjel il-valur ġust ta’ grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-prezz li jkun riċevut biex tinbiegħ pożizzjoni twila netta (jiġifieri assi) għal skopertura partikolari għar-riskju jew biex tkun trasferita pożizzjoni bin-nieqes netta (jiġifieri obbligazzjoni) għal skopertura partikolari għar-riskju fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl taħt il-kundizzjonijiet kurrenti tas-suq. |
Аналогично, предприятието оценява справедливата стойност на група финансови активи и финансови пасиви в съответствие с това каква цена биха дали пазарните участници на нетната рискова експозиция към датата на оценяване. | Għaldaqstant, entità għandha tkejjel il-valur ġust tal-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji b’mod konsistenti ma’ kif il-parteċipanti fis-suq jipprezzaw l-iskopertura netta għar-riskju fid-data tal-kejl. |
49 На предприятието е разрешено да използва изключението в параграф 48 само, ако съблюдава следните неща: | 49 Entità tista’ tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 biss jekk l-entità tagħmel dan kollu li ġej: |
управлява групата от финансови активи и финансови пасиви въз основа на нетната експозиция на предприятието към определен пазарен риск(или рискове) или към кредитния риск от даден контрагент в съответствие с документираната стратегия за управление на риска или за инвестиции; | timmaniġja l-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għal riskju (jew riskji) partikolari tas-suq jew għar-riskju tal-kreditu ta’ kontroparti partikolari skont l-istrateġija dokumentata tal-immaniġjar tar-riskju jew l-istrateġija tal-investiment tal-entità; |
на тази основа предоставя информация на ключовия ръководен персонал на предприятието за групата финансови активи и финансови пасиви, както е определено в МСС 24 „Оповестяване на свързани лица“; както и | tipprovdi informazzjoni fuq dik il-bażi dwar il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji lill-membri kruċjali tal-maniġment tal-entità, kif iddefinit fl-IAS 24 Divulgazzjoni dwar Partijiet Relatati; u |
от него се изисква или е избрано да оцени тези финансови активи и финансови пасиви по справедлива стойност в отчета за финансовото състояние към края на всеки отчетен период. | tkun teħtieġ jew għażlet li tkejjel dawk l-assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji skont il-valur ġust fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja fl-aħħar ta’ kull perjodu tar-rapportar. |
50 Посоченото в параграф 48 изключение не се отнася за представянето на финансовите отчети. | 50 L-eċċezzjoni fil-paragrafu 48 ma tapplikax għall-preżentazzjoni tar-rapporti finanzjarji. |
В някои случаи основата за представяне на финансовите инструменти в отчета за финансовото състояние се различава от базата за оценяването им, например, ако в даден МСФО не се изисква или разрешава представянето на финансовите инструменти на нетна основа. | F’ċerti każijiet il-bażi għall-preżentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja tvarja mill-bażi għall-kejlta’ strumenti finanzjarji, pereżempju, jekk IFRS ma jkunx jeħtieġ jew jippermetti li l-istrumenti finanzjarji jkunu ppreżentati fuq bażi netta. |
В такива случаи може да се наложи предприятието да разпредели корекциите на равнище портфейл (вж. параграфи 53—56) към отделните активи или пасиви, които образуват групата на финансовите активи и финансовите пасиви, управлявани според нетната рискова експозиция на предприятието. | F’każijiet bħal dawn entità tista’ tkun teħtieġ li talloka l-aġġustamenti fil-livell tal-portafoll (ara l-paragrafi 53–56) għall-assi jew l-obbligazzjonijiet individwali li jiffurmaw il-grupp ta’ assi finanzjarji u obbligazzjonijiet finanzjarji mmaniġjati fuq il-bażi tal-iskopertura netta tal-entità għar-riskju. |
Предприятието извършва такива разпределения на разумна и последователна основа, като използва подходящата предвид обстоятелствата методика. | Entità għandha tagħmel dawn l-allokazzjonijiet fuq bażi raġonevoli u konsistenti permezz ta’ metodoloġija adattata għaċ-ċirkostanzi. |
51 В съответствие с МСС 8 „Счетоводна политика, промени в счетоводните приблизителни оценки и грешки“, предприятието приема счетоводна политика за използване на посоченото в параграф 48 изключение. | 51 Entità għandha tieħu deċiżjoni ta’ politika kontabilistika skont l-IAS 8 Politiki Kontabilistiċi, Bidliet fl-Istimi Kontabilistiċi u Żbalji sabiex tuża l-eċċezzjoni fil-paragrafu 48. |