Source | Target | бенефициери на безвъзмездни средства, свързани с хуманитарна помощ, спешни операции по гражданска защита и управление на кризисни ситуации, с изключение на плащанията на остатъка; | il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja, operazzjonijiet tal-protezzjoni ċivili f’emerġenzi u l-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kriżi, ħlief fir-rigward tal-ħlasijiet ta’ bilanċi; |
плащания на остатъка за бенефициери на безвъзмездни средства, свързани с хуманитарна помощ, които са подписали споразумение за рамково партньорство или са били уведомени за решение за рамково партньорство, съгласно посоченото в член 178, и които имат система за контрол, предоставяща еквивалентни гаранции за такива плащания; | għall-ħlasijiet ta’ bilanċi, il-benefiċjarji ta’ għotjiet b’rabta ma’ għajnuna umanitarja li jkunu ffirmaw ftehim qafas ta’ sħubija jew ġew innotifikati deċiżjoni qafas ta’ sħubija, kif imsemmi fl-Artikolu 178, u li jkollhom fis-seħħ sistema ta’ kontroll li toffri garanziji ekwivalenti għal dawn il-ħlasijiet; |
бенефициери на многократни безвъзмездни средства, които са представили независими сертификати с еквивалентни гаранции за системите за контрол и методиката, използвани за определяне на техните вземания. | il-benefiċjarji ta’ bosta għotjiet li jkunu pprovdew ċertifikazzjoni indipendenti u li joffru garanziji ekwivalenti fuq is-sistemi ta’ kontroll u l-metodoloġija użata biex jitħejjew it-talbiet tagħhom. |
Отговорният разпоредител с бюджетни кредити може също да отмени задължението за предоставяне на сертификат за финансовите отчети и съответните сметки, когато е бил или ще бъде направен одит пряко от персонала на Комисията или от орган, упълномощен да извърши такъв одит от нейно име, който одит предоставя еквивалентни гаранции относно декларираните разходи. | L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jirrinunzja wkoll għall-obbligu li jiġi pprovdut ċertifikat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u l-kontijiet sottostanti meta jkun sar jew ikun se jsir awditjar direttament mill-persunal tal-Kummissjoni stess jew minn korp awtorizzat biex jagħmel dan f’isimha, li jipprovdi garanziji biżżejjed dwar l-ispejjeż iddikjarati. |
При споразумения между Комисията и няколко бенефициери посочените прагове по букви а) и б) от трета алинея се прилагат за всеки бенефициер. | Fil-każ ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u numru ta’ benefiċjarji, il-limiti msemmija fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu japplikaw għal kull benefiċjarju. |
В подкрепа на плащане и въз основа на оценка на риска отговорният разпоредител с бюджетни кредити може да поиска доклад от оперативна проверка, издаден от независима трета страна и одобрен от отговорния разпоредител,. | Rapport ta’ verifika operattiva, magħmul minn parti terza indipendenti approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jista’ jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli bħala appoġġ għal kwalunkwe ħlas, fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji. |
При поискване от отговорния разпоредител с бюджетни кредити докладът от проверката се прилага към заявката за плащане и съответните разходи се смятат за допустими при същите условия като тези за разходите, свързани с одитните сертификати, както е предвидено в член 126 от Финансовия регламент. | Meta jintalab mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, ir-rapport ta’ verifika jiġi mehmuż mat-talba ta’ ħlas u l-ispejjeż korrispondenti jkunu eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħall-ispejjeż relatati maċ-ċertifikati maċ-ċertifikati tal-awditjar kif stabbiliti fl-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju. |
В доклада от проверката се посочва, че оперативната проверка е извършена според методика, одобрена от отговорния разпоредител с бюджетни кредити, както и дали дейността или работната програма са реално изпълнени съгласно условията, посочени в споразумението или решението за безвъзмездни средства. | Ir-rapport ta’ verifika jiddikjara li l-verifika operattiva tkun saret b’metodoloġija approvata mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u jekk fil-verità, l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma jkunux ġew implimentati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim jew fid-deċiżjoni ta’ għoti. |
Преустановяване и намаляване на безвъзмездни средства | Sospensjoni u tnaqqis ta’ għotjiet |
Изпълнението на споразумението или решението за безвъзмездни средства, участието на бенефициер в тяхното изпълнение или плащанията могат да бъдат преустановени с цел да се провери дали наистина са допуснати съществените грешки, нередности, измами или нарушения на задължения, за които съществуват съмнения. | L-implimentazzjoni tal-ftehim jew id-deċiżjoni ta’ għoti, il-parteċipazzjoni ta’ benefiċjarju fl-implimentazzjoni tagħhom jew il-ħlasijiet jistgħu jiġu sospiżi sabiex jiġi vverifikat jekk l-allegazzjonijiet ta’ żbalji sostanzjali jew irregolaritajiet jew frodi jew ksur tal-obbligi seħħewx fil-verità. |
Ако те не се потвърдят, изпълнението се възобновява възможно най-бързо. | Jekk ma jiġux ikkonfermati, l-implimentazzjoni tkompli kemm jista’ jkun malajr. |
Когато договорената дейност или работна програма не са изпълнени или не са изпълнени правилно, изцяло или навреме, отговорният разпоредител с бюджетни кредити, при условие че на бенефициера е била дадена възможност да представи своите коментари, намалява или си възстановява безвъзмездните средства пропорционално в зависимост от етапа на процедурата. | Meta l-azzjoni jew il-programm ta’ ħidma maqbula ma jitwettqux jew ma jitwettqux kif suppost, b’mod sħiħ u fil-ħin, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, wara li jagħti l-opportunità lill-benefiċjarju li jippreżenta l-kummenti tiegħu, irid inaqqas jew jirkupra l-għotja b’mod proporzjonat, skont l-istadju tal-proċedura. |
Изпълнение | Implimentazzjoni |
Договори за изпълнение | Kuntratti ta’ implimentazzjoni |
Без да се засяга прилагането на Директива 2004/18/ЕО, когато изпълнението на дейността или работната програма изисква възлагане на поръчка, бенефициерът възлага поръчката на икономически най-изгодната оферта или, ако е подходящо, на офертата с най-ниската цена, като следи за избягването на конфликт на интереси. | Bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE, fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist, il-benefiċjarju jagħti l-kuntratt lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża jew, skont kif ikun xieraq, lill-offerta li toffri l-inqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi. |
Когато изпълнението на дейността или работната програма изисква възлагане на поръчка на стойност над 60000 EUR, отговорният разпоредител с бюджетни кредити може да наложи на бенефициера специални правила в допълнение към тези по параграф 1. | Fejn l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew tal-programm ta’ ħidma tkun teħtieġ l-għoti ta’ kuntratt ta’ akkwist b’valur ta’ iktar minn EUR 60000, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’ jesiġi li l-benefiċjarju jikkonforma ma’ regoli speċjali minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 1. |
Тези специални правила се основават на правилата от Финансовия регламент и се определят, като се отчитат стойността на съответните поръчки, относителният размер на вноската на Съюза спрямо общите разходи за дейността и рискът. | Dawk ir-regoli speċjali jkunu bbażati fuq ir-regoli kontenuti fir-Regolament Finanzjarju u stabbiliti wara li jitqies il-valur tal-kuntratti kkonċernati, id-daqs relattiv tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-ispiża totali tal-azzjoni u r-riskju. |
Такива специални правила се включват в решението или споразумението за безвъзмездни средства. | Dawn ir-regoli speċjali jiġu inklużi fid-deċiżjoni jew ftehim ta’ għoti. |
Финансова подкрепа за трети страни | Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi |
При условие че целите или резултатите, които следва да бъдат постигнати, са достатъчно подробно описани в условията по член 137, параграф 1 от Финансовия регламент, може да се счита, че не съществува свобода на преценка само ако решението или споразумението за безвъзмездни средства посочва следното: | Sakemm l-għanijiet jew ir-riżultati li jridu jinkisbu jkunu dettaljati biżżejjed fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 137(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-marġni ta’ diskrezzjoni jista’ jitqies bħala eżawrit biss jekk id-deċiżjoni jew il-ftehim ta’ għoti jispeċifikaw ukoll dan li ġej: |
максималния размер на финансовата подкрепа, която може да бъде платена на трета страна, като тя не може да надвишава 60000 EUR, освен в случаите, когато финансовата подкрепа е основната цел на дейността, както и критериите за определяне на точната сума; | l-ammont massimu ta’ appoġġ finanzjarju li jista’ jitħallas lil parti terza li ma jaqbiżx is-EUR 60000, ħlief meta l-appoġġ finanzjarju jkun l-għan primarju tal-azzjoni, u l-kriterji sabiex jiġi stabbilit l-ammont eżatt; |
различните видове дейности,които могат да получат такава финансова подкрепа, въз основа на определен списък; | it-tipi differenti ta’ attivitajiet li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju, fuq il-bażi ta’ lista fissa; |
определението на лицата или категориите лица, които могат да получават такава финансова подкрепа, и критериите за отпускането ѝ. | id-definizzjoni tal-persuni jew il-kategoriji ta’ persuni li jistgħu jirċievu tali appoġġ finanzjarju u l-kriterji biex dan jingħata. |
ДЯЛ VII | TITOLU VII |
НАГРАДИ | PREMJIJIET |
Всеки отговорен разпоредител с бюджетни кредити изготвя годишна или многогодишна работна програма за награди. | Programm ta’ ħidma annwali jew pluriennali għall-premjijiet għandu jitħejja minn kull uffiċjal awtorizzanti responsabbli. |
Работната програма се приема от институцията и се публикува на интернет сайта на съответната институция възможно най-скоро и не по-късно от 31 март на годината на изпълнение. | Il-programm ta’ ħidma jiġi adottat mill-istituzzjoni u jiġi ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjoni kkonċernata malajr kemm jista’ jkun, u mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ implimentazzjoni. |
В работната програма се посочват периодът, който тя обхваща, основният акт, ако има такъв, преследваните цели, очакваните резултати, примерният график на конкурсите с примерния размер на наградите. | Il-programm ta’ ħidma jispeċifika l-perjodu li jkopri, l-att bażiku, jekk ikun hemm, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija, l-iskeda taż-żmien indikattiva tal-kompetizzjonijiet bl-ammont indikattiv tal-premjijiet. |
Работната програма съдържа също информацията, посочена в член 94, относно решението за нейното приемане, което трябва да се разглежда като решението за финансиране на наградите през съответната година. | Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 94 sabiex id-deċiżjoni li tadottah titqies bħala d-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-premjijiet tas-sena kkonċernata. |
Правила на конкурсите | Regoli tal-kompetizzjonijiet |
В правилата на конкурсите се посочва следното: | Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistabbilixxu dan li ġej: |
условията за участие, в които се посочват поне: | il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, li jridu mill-anqas: |
критериите за допустимост; | jispeċifikaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà; |
условията и крайният срок за регистрация на участниците, ако е необходимо, както и за подаване на проекти от участниците при условията, посочени в параграф 2; | jispeċifikaw l-arranġamenti u d-data finali għar-reġistrazzjoni tal-parteċipanti, jekk meħtieġ, u għas-sottomissjoni tal-entrati, bil-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2; |
условията за отстраняване на участници, които се намират в някое от положенията, посочени в член 106, параграф 1 и членове 107, 108 и 109 от Финансовия регламент; | jipprovdu għall-esklużjoni ta’ parteċipanti li jkunu f’waħda mis-sitwazzjoniijet imsemmija fl-Artikolu 106(1) u l-Artikoli 107, 108 u 109 tar-Regolament Finanzjarju; |
еднолична отговорност на участниците в случай на иск, свързан с дейностите, извършвани в рамките на конкурса; | jipprovdu għall-unika responsabbiltà tal-parteċipanti fil-każ ta’ talba relatata mal-attivitajiet imwettqa fil-qafas tal-kompetizzjoni; |
приемане от страна на победителите на проверки и одити от Комисията, OLAF и Сметната палата, както и на задълженията за публичност, както е посочено в правилата на конкурса; | jipprovdu għall-aċċettazzjoni mir-rebbieħa tal-verifiki u tal-awditjar mill-Kummissjoni, l-OLAF u l-Qorti tal-Awdituri u tal-obbligi ta’ reklamar kif speċifikati fir-regoli tal-kompetizzjoni; |
че правото на Съюза е приложимото право по отношение на конкурса, допълнено при необходимост от национално право, посочено в правилата на конкурса; | jiddikjaraw li l-liġi tal-Unjoni hija l-liġi li tapplika għall-kompetizzjoni, ikkumplimentata, fejn ikun hemm bżonn, mil-liġi nazzjonali kif speċifikat fir-regoli tal-kompetizzjoni; |
компетентният съд или арбитражният съд за решаване на спорове; | jispeċifikaw il-qorti jew it-tribunal tal-arbitraġġ kompetenti għas-smigħ ta’ tilwim; |
че на заявителите, които са направили декларации с невярно съдържание или са извършили нарушения или измама, могат да се налагат финансови и/или административни санкции в съответствие с условията на член 145 и пропорционално на стойността на съответните награди; | jiddikjaraw li jistgħu jiġu imposti pieni finanzjarji jew amministrattivi, jew it-tnejn, fuq parteċipanti li jkunu għamlu dikjarazzjonijiet foloz, jew li wettqu irregolaritajiet jew frodi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145 u b’mod proporzjonat għall-valur tal-premjijiet inkwistjoni; |
критериите заприсъждане, които трябва да бъдат такива, че да може да се оцени качеството на проектите на участниците спрямо преследваните цели и очакваните резултати, както и да се определи обективно дали проектите заслужават да спечелят конкурса; | il-kriterji tal-għoti, li jkunu tali li jagħmluha possibbli li tiġi valutata l-kwalità tal-entrati fir-rigward tal-għanijiet segwiti u r-riżultati mistennija u sabiex jiġi stabbilit b’mod oġġettiv jekk l-entrati jikkwalifikawx bħala r-rebbieħa; |
размерът на наградата или наградите; | l-ammont tal-premju jew premjijiet; |
условията на плащане на наградите на победителите след тяхното присъждане. | l-arranġamentigħall-ħlas tal-premjijiet lir-rebbieħa wara l-għoti tagħhom. |
За целите на буква а), подточка i) от първа алинея бенефициерите на безвъзмездни средства на Съюза са допустими, освен ако изрично е посочено друго в правилата на конкурса. | Għall-finijiet tal-punt (a)(i) tal-ewwel subparagrafu, il-benefiċjarji ta’ għotjiet mill-Unjoni jkunu eliġibbli, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fir-regoli tal-kompetizzjoni. |
За целите на буква а), подточка vi) от първа алинея може да се направи дерогация в случай на участие на международни организации. | Għall-finijiet tal-punt (a)(vi) tal-ewwel subparagrafu, tista’ ssir deroga fil-każ tal-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. |
Отговорният разпоредител с бюджетни кредити избира начини за комуникация, които са с недискриминационен характер за подаване на проекти от участниците и които не ограничават достъпа на участниците до конкурса. | L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħżel mezzi ta’ komunikazzjoni mhux diskriminatorji għas-sottomissjoni tal-entrati u li ma jkollhom l-ebda effett ta’ restrizzjoni tal-aċċess tal-parteċipanti għall-kompetizzjoni. |
всеки проект на участник съдържа цялата информация, която се изисква за неговата оценка; | kull entrata jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha; |
поверителността на проектите на участниците е запазена; | tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-entrati; |
В правила на конкурсите могат да се определят условията за анулиране на конкурса, по-специално когато неговите цели не могат да бъдат изпълнени или когато юридическо или физическо лице, което не отговаря на условията за участие, следва да бъде наградено като победител. | Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-tħassir tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari meta l-għanijiet tagħha ma jkunux jistgħu jintlaħqu jew meta persuna ġuridika jew fiżika li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tikkwalifika bħala r-rebbieħa. |
Правилата на конкурсите се публикуват на интернет сайта на институциите на Съюза. | Ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jiġu ppubblikati fuq is-sit tal-Internet tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni. |
Освен на интернет сайта правилата на конкурсите могат да бъдат публикувани и чрез всякакви други подходящи начини, включително в Официален вестник на Европейския съюз, когато е необходима допълнителна публичност сред потенциалните участници. | Minbarra l-pubblikazzjoni fuq is-sit tal-Internet, ir-regoli tal-kompetizzjonijiet jistgħu jiġu ppubblikati wkoll b’mezzi xierqa oħra, inkluż Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi pprovduta pubbliċità addizzjonali fost il-parteċipanti potenzjali. |
Всички изменения в съдържанието на правилата на конкурсите също подлежат на публикуване при същите условия. | Kwalunkwe modifika fil-kontenut tar-regoli tal-kompetizzjonijiet tkun soġġetta wkoll għal pubblikazzjoni bl-istess kundizzjonijiet. |
Информацията, отнасяща се до наградите, присъдени в хода на финансовата година, се публикува в съответствие с член 21. | L-informazzjoni relatata mal-premjijiet mogħtija matul sena finanzjarja tiġi ppubblikata skont l-Artikolu 21. |
броя на участниците през изминалата година; | in-numru ta’ parteċipanti fis-sena ta’ qabel; |
броя на участниците и процента на успешните проекти на участници за всеки конкурс; | in-numru ta’ parteċipanti u l-perċentwal ta’ entrati magħżula għal kull kompetizzjoni; |
списък с експертите, взели участие в конкурсните комисии през изминалата година, заедно със справка за процедурата за техния подбор. | lista tal-esperti li ħadu sehem fil-bordijiet fis-sena ta’ qabel, flimkien ma’ referenza għall-proċedura tal-għażla tagħhom. |
За целите на оценката на проектите на участниците отговорният разпоредител с бюджетни кредити назначава комисия от най-малко трима експерти, които могат да бъдат външни експерти или лица, представляващи най-малко две организационни единици на институциите или органите, посочени в членове 62 и 208 от Финансовия регламент, без йерархична връзка между тях, с изключение на представителствата или местните органи, посочени в член 72 от настоящия регламент, и органите, на които са делегирани правомощия, посочени в членове 62 и 208 от Финансовия регламент, ако няма отделни структури. | Għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-entrati, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jaħtar bord ta’ mill-anqas tliet esperti, li jistgħu jkunu esperti jew persuni esterni li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ entitajiet organizzattivi tal-istituzzjonijiet jew korpi msemmija fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju mingħajr ebda rabta ġerarkika bejniethom, ħlief fir-rappreżentanzi jew il-korpi lokali msemmija fl-Artikolu 72 ta’ dan ir-Regolament u l-korpi delegati msemmija fl-Artikoli 62 u 208 tar-Regolament Finanzjarju, jekk ma jkunx hemm entitajiet separati. |
Експертите, посочени в първа алинея, подлежат на изискванията относно конфликтите на интереси, посочени в член 57 от Финансовия регламент. | L-esperti msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti dwar il-kunflitt ta’ interessi stabbiliti fl-Artikolu 57 tar-Regolament Finanzjarju. |
Външните експерти декларират, че не са в ситуация на конфликт на интереси към момента на назначаването и че се задължават да информират разпоредителя с бюджетни кредити, ако възникне такъв конфликт на интереси в хода на процедурата по оценяване. | L-esperti esterni jiddikjaraw li mhumiex f’sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fil-mument tal-ħatra u jwiegħdu li jinfurmaw lill-uffiċjal awtorizzanti jekk jinħoloq xi kunflitt ta’ interessi matul il-proċedura ta’ evalwazzjoni. |
След като приключат своята работа, членовете на комисията подписват протокол с всички проучени проекти на участници, който съдържа оценка на тяхното качество, като се определят проектите, на които могат да бъдат присъдени награди. | Mat-tlestija ta’ xogħolhom, il-membri tal-bord jiffirmaw rekord tal-entrati kollha eżaminati, li jinkludi valutazzjoni tal-kwalità tagħhom u li jidentifika lil dawk li jistgħu jingħataw il-premjijiet. |