Source | Target | За целите на буква а) от първа алинея от настоящия параграф операциите при кризисни ситуации по член 190, параграф 2 се считат за крайна спешност. | Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet imwettqa f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi kif imsemmija fl-Artikolu 190(2) jitqiesu li jissodisfaw it-test ta’ urġenza estrema. |
Оправомощеният разпоредител с бюджетни кредити, при необходимост съгласувано с останалите заинтересовани оправомощени разпоредители с бюджетни кредити, установява наличието на крайна спешност и редовно преразглежда решението си с оглед на принципа на доброто финансово управление. | L-uffiċjal awtorizzanti b’delega, fejn ikun xieraq flimkien mal-uffiċjali awtorizzanti b’delega l-oħra kkonċernati, jistabbilixxi li teżisti sitwazzjoni ta’ emerġenza estrema u għandu jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu b’mod regolari fir-rigward tal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba. |
Дейностите от институционален характер, посочени в буква б) от първа алинея, включват услуги, които са пряко свързани със законоустановената мисия на публичните органи. | L-attivitajiet ta’ natura istituzzjonali msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu jinkludu servizzi marbutin direttament mal-missjoni statutorja tal-korpi tas-settur pubbliku. |
Услугите, които са продължение на вече започнали услуги по параграф 1, буква в), са следните: | Is-servizzi li huma estensjoni ta’ servizzi diġà mibdija, kif imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, huma kif ġej: |
допълнителни услуги, които не са обхванати от основната поръчка, но в резултат на непредвидени обстоятелства стават необходими за изпълнението на поръчката, при условие че допълнителната услуга не може технически и икономически да се отдели от основната поръчка, без да се причинят сериозни неудобства за възложителя, и че съвкупната стойност на допълнителните услуги не надхвърля 50 % от стойността на основната поръчка; | servizzi addizzjonali mhux koperti mill-kuntratt prinċipali iżda li, minħabba ċirkustanzi imprevisti, ikunu saru neċessarji għat-twettiq tal-kuntratt, bil-kundizzjoni li s-servizz addizzjonali ma jistax ikun teknikament u ekonomikament separat mill-kuntratt prinċipali mingħajr inkonvenjenza serja għall-awtorità kontraenti u l-ammont aggregat ta’ servizzi addizzjonali ma jaqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt prinċipali; |
допълнителни услуги, представляващи повторение на подобни услуги, възложени на изпълнителя на първоначална поръчка, при условие че: | servizzi addizzjonali li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ servizzi simili fdati lill-kuntrattur li jipprovdi servizzi skont l-ewwel kuntratt, bil-kundizzjoni li: |
за първата услуга е било публикувано обявление за обществена поръчка и възможността да се използва процедура на договаряне за нови услуги за проекта, както и прогнозната цена са били ясно посочени в обявлението за обществена поръчка, публикувано за първата услуга; | ikun ġie ppubblikat avviż dwar kuntratt għall-ewwel servizz u l-possibilità li tintuża proċedura nnegozjata għal servizzi ġodda għall-proġett u l-ispiża stmata ġew indikati b’mod ċar fl-avviż dwar kuntratt ippubblikat għall-ewwel servizz; |
продължението на поръчката е само за стойност и за продължителност, които не надхвърлят стойността и продължителността на първоначалната поръчка. | l-estensjoni tal-kuntratt tkun għal valur u perjodu li ma jaqbżux il-valur u l-perjodu tal-kuntratt inizjali. |
Прагове и процедури при възлагане на поръчки за доставки | Limiti u proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista |
Праговете и процедурите по член 190 от Финансовия регламент при поръчки за доставки са, както следва: | Il-limiti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju jkunu kif ġej għall-kuntratti ta’provvista: |
за поръчки на стойност от 300000 EUR или повече: международна открита процедура по смисъла на член 127, параграф 2 и член 264, параграф 2, буква а); | għal kuntratti b’valur ta’ EUR 300000 jew iktar: sejħa internazzjonali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 264(2)(a); |
за поръчки на стойност под 300000 EUR: рамково споразумение или: | għal kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 300000: kuntratt qafas jew: |
за поръчки на стойност от 100000 EUR или повече, но по-малка от 300000 EUR: местна открита процедура по смисъла на член 127, параграф 2 и член 264, параграф 2, буква б); | għal kuntratti b’valur ta’ EUR 100000 jew iktar iżda inqas minn EUR 300000: sejħa miftuħa lokali għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 127(2) u l-punt (b) tal-Artikolu 264(2); |
за поръчки на стойност под 100000 EUR: състезателна процедура на договаряне по смисъла на параграф 2. | għal kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 100000: proċedura kompetittiva nnegozjata fis-sens tal-paragrafu 2. |
плащанията на разходи, които не надвишават 2500 EUR, могат да представляват просто плащане по фактури, без предварително приемане на оферта. | il-ħlasijiet għal ammonti li ma jaqbżux l-EUR 2500 fir-rigward ta’ element ta’ nefqa jistgħu jikkonsistu f’sempliċi ħlas kontra fattura mingħajr aċċettazzjoni ta’ offerta minn qabel. |
В процедурата на договаряне, посочена в параграф 1, буква б), подточка ii) от настоящия член, възложителят съставя списък на най-малко трима доставчици по свой избор. | Skont il-proċedura nnegozjata msemmija fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kontraenti tfassal lista ta’ mill-anqas tliet fornituri tal-għażla tagħha. |
Ако след консултация с доставчиците възложителят получи само една оферта, която е приемлива от административна и техническа гледна точка, поръчката може да бъде възложена, ако са изпълнени критериите за възлагане. | Jekk wara l-konsultazzjoni tal-fornituri, l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista’ jingħata jekk jintlaħqu l-kriterji tal-għoti. |
Всяка техническа и финансова оферта трябва да се постави в един запечатан плик, който на свой ред се поставя в пакет или външен плик. | Kull offerta teknika u finanzjarja trid titqiegħed f’envelop issiġillat wieħed, li huwa stess jitqiegħed f’pakkett jew envelop estern. |
На вътрешния плик се отбелязват: | L-envelop ta’ ġewwa jkun fih: |
Офертите се отварят от комисията за оценка на офертите на публично заседание на мястото и в момента, посочени в тръжната документация. | Fil-post u l-ħin stabbiliti fid-dokumenti tal-offerta, l-offerti jinfetħu fil-pubbliku mill-kumitat ta’ evalwazzjoni. |
На публичното заседание за отваряне на офертите трябва да се обявят имената на оферентите, предложените цени, предоставянето на необходимата тръжна гаранция и всички други формалности, които възложителят сметне, че трябва да бъдат обявени. | Fis-sessjoni ta’ ftuħ tal-offerti fil-pubbliku, jitħabbru l-ismijiet tal-offerenti, il-prezzijiet ikkwotati, il-forniment tal-garanzija meħtieġa għall-offerta u kwalunkwe formalità oħra li l-awtorità kontraenti tqis xierqa. |
При поръчки за доставки без предвидено следпродажбено обслужване единственият критерий за възлагане на поръчката е цената. | Fil-każ ta’ kuntratt ta’ provvista li ma jinvolvix servizz ta’ wara l-bejgħ, l-uniku kriterju tal-għoti jkun il-prezz. |
Когато предложенията за следпродажбено обслужване или за обучение имат особено значение, се избира офертата с най-ниската цена или икономически най-изгодната оферта, като се отчита техническото качество на предложеното обслужване и цената. | Fejn il-proposti għal servizz ta’ wara l-bejgħ jew għal taħriġ ikunu partikolarment sinifikanti, trid tintgħażel l-offerta li tippreżenta jew l-iktar prezz baxx jew l-aħjar valur għall-flus, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwalità teknika tas-servizz offrut u l-prezz ikkwotat. |
Прилагане на процедурата на договаряне към поръчки за доставки | Użu tal-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ provvista |
Поръчките за доставки могат да бъдат възложени чрез процедура на договаряне въз основа само на едно предложение при следните случаи: | Kuntratti ta’ provvista jistgħu jingħataw permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta waħda fil-każijiet li ġejjin: |
когато поради крайна спешност, продиктувана от обстоятелства, които възложителят не би могъл да предвиди и са изцяло извън неговия контрол, сроковете за процедурите по член 111, параграф 1, букви а), б) и в) от Финансовия регламент не могат да бъдат спазени; | fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza estrema kkawżati minn avvenimenti li l-awtoritajiet kontraenti ma setgħux jipprevedu u li bl-ebda mod ma jistgħu jiġu attribwiti lilhom, ma jkunx jista’ jinżamm il-limitu ta’ żmien għall-proċeduri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 111(1) tar-Regolament Finanzjarju; |
когато това се определя от характера или особените характеристики на доставките, например когато изпълнението на поръчката е запазено изключително за притежатели на патенти или лицензи за ползване на патенти; | fejn dan ikun meħtieġ min-natura jew il-karatteristiċi partikolari tal-provvisti, pereżempju, fejn it-twettiq tal-kuntratt ikun esklużivament riżervat għad-detenturi ta’ privattivi jew liċenzji biex jużaw il-privattivi; |
за допълнителни доставки от първоначалния доставчик с цел частично да се заменят обичайните доставки или монтажи или да се разширят съществуващите доставки или монтажи, когато евентуална промяна на доставчика би задължила възложителя да придобие съоръжения с различни технически характеристики и това би довело до несъвместимост или прекомерни технически трудности при експлоатацията и поддръжката; | għal kunsinni addizzjonali mill-fornitur oriġinali maħsuba jew bħala sostituzzjoni parzjali ta’ provvisti jew installazzjonijiet normali jew bħala l-estensjoni ta’ provvisti jew installazzjonijiet eżistenti, fejn bidla fil-fornitur tobbliga lill-awtorità kontraenti biex tixtri apparat b’karatteristiċi differenti li jirriżulta jew f’inkompatibilità jew diffikultajiet tekniċi sproporzjonati fl-operazzjoni u l-manutenzjoni; |
когато тръжната процедура е неуспешна, т.е. когато не е получена нито една качествено или финансово подходяща оферта; | fejn il-proċedura tal-offerti ma tkunx irnexxiet, jiġifieri meta ma tkun daħlet l-ebda offerta kwalitattivament jew finanzjarjament sodisfaċenti; |
за поръчки относно котирани доставки и покупки на стоковата борса; | għal kuntratti fir-rigward ta’ provvisti kkwotati u xirjiet f’suq tal-komoditajiet; |
за поръчки по отношение на покупки при особено изгодни условия от доставчик, който преустановява окончателно стопанската си дейност, или от синдиците или ликвидаторите в производство по несъстоятелност, споразумение с кредиторите или аналогично производство съгласно националнотозаконодателство; | għal kuntratti fir-rigward ta’ xirjiet b’termini partikolarment vantaġġużi, jew minn fornitur li jkun se jtemm l-attivitajiet kummerċjali tiegħu b’mod definittiv, jew mir-riċevituri jew likwidaturi ta’ falliment, arranġament mal-kredituri, jew proċedura simili skont il-liġi nazzjonali; |
В случаите, посочени в буква г) от първа алинея, след анулиране на тръжната процедура възложителят може да започне преговори с един или повече оференти по свой избор сред участвалите в поканата за представяне на оферти, при условие че първоначалните условия на договора не се променят съществено. | Fil-każijiet imsemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, wara li tiġi kkanċellata proċedura ta’ offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ offerent wieħed jew iktar tal-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, bil-kundizzjoni li t-termini oriġinali tal-kuntratt ma jinbidlux b’mod sinifikanti. |
За целите на параграф 1, буква а) от настоящия член операциите при кризисни ситуации по член 190, параграф 2 се считат за крайна спешност. | Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-operazzjonijiet imwettqa f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi kif imsemmija fl-Artikolu 190(2) jitqiesu li jissodisfaw it-test ta’ urġenza estrema. |
Прагове и процедури при възлагане на поръчки за строителни работи | Limiti u proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet |
Праговете и процедурите по член 190 от Финансовия регламент при поръчки за строителни работи са, както следва: | Il-limiti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju jkunu kif ġej għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: |
за поръчки на стойност от 5000000 EUR или повече: | għal kuntratti b’valur ta’ EUR 5000000 jew iktar, waħda minn dawn li ġejjin: |
международна открита процедура по смисъла на член 127, параграф 2 и на член 264, параграф 2, буква а); | sejħa internazzjonali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 127(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 264(2); |
с оглед на характеристиките на някои строителни работи, международна ограничена процедура по смисъла на член 127, параграф 2 и на член 264, параграф 2, буква а); | fir-rigward tal-karatteristiċi ta’ ċerti xogħlijiet, sejħa internazzjonali ristretta għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 127(2) u l-punt (a) tal-Artikolu 264(2); |
за поръчки на стойност от 300000 EUR или повече, но по-малка от 5000000 EUR: местна открита процедура по смисъла на член 127, параграф 2 и член 264, параграф 2, буква б); | għal kuntratti b’valur ta’ EUR 300000 jew iktar iżda inqas minn EUR 5000000: sejħa lokali miftuħa għall-offerti fis-sens tal-Artikolu 127(2) u l-Artikolu 264(2)(b); |
за поръчки на стойност под 300000 EUR: състезателна процедура на договаряне по смисъла на параграф 2 от настоящия член; | għal kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 300000: proċedura kompetittiva nnegozjata fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu; |
В процедурата на договаряне, посочена в параграф 1, буква в) от настоящия член, възложителят съставя списък на най-малко трима изпълнители по свой избор. | Skont il-proċedura nnegozjata msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kontraenti tfassal lista ta’ mill-anqas tliet kuntratturi tal-għażla tagħha. |
Ако след консултация с изпълнителите възложителят получи само една оферта, която е приемлива от административна и техническа гледна точка, поръчката може да бъде възложена, ако са изпълнени критериите за възлагане. | Jekk wara l-konsultazzjoni tal-kuntratturi, l-awtorità kontraenti tirċievi biss offerta waħda li tkun amministrattivament u teknikament valida, il-kuntratt jista’ jingħata jekk jintlaħqu l-kriterji tal-għoti. |
Критериите за подбор обхващат капацитета на оферента да изпълнява подобни поръчки, по-специално с оглед на извършени строителни работи през последните години. | Il-kriterji tal-għażla jkopru l-kapaċità tal-offerent sabiex iwettaq kuntratti simili, b’mod partikolari b’referenza għax-xogħlijet imwettqa fl-aħħar snin. |
След извършване на подбора и след отхвърляне на недопустимите оферти единственият критерий за възлагане на обществената поръчка е цената. | Ladarba ssir l-għażla u meta diġà jkunu ġew eliminati l-offerti inammissibbli, l-uniku kriterju tal-għoti jkun il-prezz. |
Прилагане на процедурата на договаряне към поръчки за строителни работи | Użu tal-proċedura nnegozjata għall-kuntratti ta’ xogħlijiet |
Поръчките за строителни работи могат да бъдат възложени чрез процедура на договаряне въз основа само на една оферта при следните случаи: | Kuntratti ta’ xogħlijiet jistgħu jingħataw permezz ta’ proċedura nnegozjata b’offerta unika fil-każijiet li ġejjin: |
за допълнителни строителни работи, които не са включени в първоначалната поръчка, нопоради непредвидени обстоятелства стават необходими за изпълнението на описаните в нея работи, при условията по параграф 2; | għal xogħlijiet addizzjonali mhux inklużi fil-kuntratt inizjali konkluż iżda li, minħabba ċirkostanzi imprevisti, ikunu saru meħtieġa għat-twettiq tax-xogħol deskritt fihom, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2; |
В случаите, посочени в буква в) от първа алинея, след анулиране на тръжната процедура възложителят може да започне преговори с един или повече оференти по свой избор сред участвалите в поканата за представяне на оферти, при условие че първоначалните условия на договора не се променят съществено. | Fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, wara li tiġi kkanċellata l-proċedura tal-offerti, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja ma’ offerent wieħed jew iktar tal-għażla tagħha, minn fost dawk li ħadu sehem fis-sejħa għall-offerti, jekk it-termini oriġinali tal-kuntratt ma jinbidlux b’mod sinifikanti. |
Допълнителните строителни работи по параграф 1, буква б) се възлагат на изпълнителя на строителни работи, който вече извършва работите: | Ix-xogħlijiet addizzjonali msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jingħataw lill-kuntrattur li diġà jkun qiegħed iwettaq ix-xogħol: |
когато тези работи не могат технически и икономически да се отделят от главната поръчка, без да се причинят сериозни неудобства за възложителя; | meta dawm ix-xogħlijiet ma jkunux jistgħu jiġu separati b’mod tekniku jew ekonomiku mill-kuntratt ewlieni mingħajr inkonvenjenza serja għall-awtorità kontraenti; |
когато тези работи, макар отделими от изпълнението на първоначалната поръчка, са строго необходими за нейното завършване; | meta dawk ix-xogħlijiet, għad li separabbli mit-twettiq tal-kuntratt oriġinali, ikunu strettament meħtieġa għat-tlestija tiegħu; |
когато съвкупната стойност на поръчката за допълнителни работи не надхвърля 50 % от стойността на главната поръчка. | meta l-valur aggregat tal-kuntratti mogħtija għal xogħlijiet addizzjonali ma jaqbiżx il-50 % tal-valur tal-kuntratt prinċipali. |
Прилагане на процедурата на договаряне към поръчки за недвижими имоти | Użu tal-proċedura nnegozjata għal kuntratti ta’ bini |
Поръчките за недвижими имоти по член 260 могат да се възлагат чрез процедура на договаряне, след като е проучен местният пазар. | Il-kuntratti ta’ bini kif imsemmija fl-Artikolu 260 jistgħu jingħataw permezz ta’ proċedura nnegozjata wara li jkun ġie prospettat is-suq lokali. |
Избор на процедура за възлагане на обществени поръчки при смесени договори | Għażla tal-proċedura ta’ akkwist għal kuntratti mħallta |
При поръчки както за доставка на услуги, така и за доставка на стоки или за извършване на строителни работи, възложителят със съгласието на Комисията, ако тя самата не е възложител, определя приложимите прагове и процедури с оглед на преобладаващия аспект, който се оценява въз основа на относителната стойност и оперативното значение на различните елементи на поръчката. | Fil-każ ta’ kuntratti li jinvolvu kemm provvisti ta’ servizzi u provvisti ta’ prodotti jew it-twettiq ta’ xogħlijiet, l-awtorità kontraenti, wara li l-Kummissjoni tkun tat il-qbil tagħha jekk ma tkunx l-awtorità kontraenti, tistabbilixxi l-limiti u l-proċeduri applikabbli b’referenza għall-aspett predominanti vvalutat fuq il-bażi tal-valur relattiv u l-importanza operattiva tad-diversi komponenti tal-kuntratt. |
Тръжната документация по член 138 се изготвя въз основа на най-добрите международни практики и в съответствие с разпоредбите на настоящата глава по отношение на обявяването и контактите между възложителя и оферентите. | Id-dokumenti tal-offerti msemmija fl-Artikolu 138 jitfasslu fuq il-bażi tal-aħjar prattiki internazzjonali u skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu dwar ir-reklamar u l-kuntatti bejn l-awtorità kontraenti u l-offerenti. |
При поръчките за услуги тръжната документация съдържа: | Għall-kuntratti ta’ servizzi, il-fajl tal-offerta jrid ikun fih id-dokumenti li ġejjin: |
указания за оферентите, включващи: | struzzjonijiet għall-offerenti, li jridu jinkludu: |
вида поръчка; | it-tip ta’ kuntratt; |