Source | Target | a = 4 mm (min) | a = 4 mm min |
ОБРАЗЕЦ В | MUDELL Ċ |
Горепоказаният номер на одобрение трябва да бъде поставен близо до окръжността, ограждаща буквата „Е“, в положение, ориентирано спрямо нея. | In-numru tal-approvazzjoni li jidher hawn fuq ma jimpurtax fejn isir, l-aqwa li jkun qrib taċ-ċirku li fih l-ittra "E". |
Цифрите, съставляващи номера на одобрението, трябва да са обърнати в същата посока като „Е“. | In-numri li jagħmlu parti min-numru sħieħ tal-approvazzjoni iridu jinkitbu jħarsu l-istess naħa tal-"E". |
Групата символи, които указват класа, трябва да са диаметрално срещуположни на номера на одобрението. | Il-grupp tas-simboli li juru l-klassi jridu jinkitbu faċċata tan-numru tal-approvazzjoni b'mod dijametriku. |
Компетентните органи трябва да избягват употребата на номера на одобрение IA, IB, IIIA, IIIB и IVA, които могат да бъдат объркани със символите за клас IA, IB, IIIA, IIIB и IVA. | L-awtoritajiet kompetenti għandhom jevitaw li jużaw bħala numri tal-approvazzjoni l-IA, il-IB, it-IIIA, it-IIIB, u l-IVA li jistgħu jagħtu lok għat-tfixkil mas-simboli tal-klassijiet IA, IB, IIIA, IIIB u IVA. |
Тези модели показват различни възможни оформления и са дадени единствено като примери. | Dawn id-disinji juru possibiltajiet ta' arranġamenti diversi u huma mogħtijin biss bħala eżempji. |
Горепоказаната маркировка за одобрение, поставена на светлоотражател, показва, че съответният тип светлоотражател е одобрен в Нидерландия (E4) с одобрение № 002216. | Meta l-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq tkun imwaħħla ma' xi tagħmir retro-riflettiv, dan juri li t-tagħmir ikun approvat fl-Olanda (E4) taħt in-numru tal-approvazzjoni 02216. |
Номерът на одобрението показва, че то е издадено в съответствие с изискванията на правилото, изменено със серия от изменения 02. | In-numru tal-approvazzjoni juri li l-approvazzjoni ngħatat skont il-kundizzjonijiet tar-Regolament kif immodifikat mis-serje ta' emendi 02. |
(Опростена маркировка за групирани, комбинирани или взаимно вградени осветители) | (Marki ssimplifikati għall-fanali raggruppati, kkombinati jew reċiprokament inkorporati) |
ОБРАЗЕЦ Г | MUDELL D |
ОБРАЗЕЦ Д | MUDELL E |
ОБРАЗЕЦ Е | MUDELL F |
Трите примера за маркировки за одобрение, образци Г, Д и Е, представляват три възможни вариантаза маркирането на светлинно устройство, когато два или повече осветители са част от един и същ модул на групирани, комбинирани или взаимно вградени осветители. | It-tliet eżempji ta’ marki tal-approvazzjoni, il-mudelli A, B u C, jirrappreżentaw tliet varjanti possibbli tal-marka ta’ xi apparat tad-dawl meta żewġ fanali jew aktar ikunu parti mill-istess unità ta’ fanali raggruppati, kkombinati jew inkorporati reċiprokament. |
Тази маркировка за одобрение показва, че устройството е одобрено в Нидерландия (E4) с одобрение 3333 и включва: | Din il-marka tal-approvazzjoni turi li l-apparat ġie approvat fil-Olanda (E4) bin-numru tal-approvazzjoni 3333 u li jikkonsisti fi: |
светлоотражател от клас IA, одобрен в съответствие със серия от изменения 02 на Правило № 3; | Retro-riflettur tal-klassi IA approvat skont is-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 3; |
заден пътепоказател от категория 2а, одобрен в съответствие с Правило № 6 в първоначалния му вид; | Indikejter tan-naħa ta' wara tal-kategorija 2a approvat skont il-forma originali tar-Regolament Nru 6; |
червена задна габаритна светлина (R), одобрена в съответствие със серия от изменения 01 на Правило № 7; | Fanal aħmar tan-naħa ta' wara (R) approvat skont is-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 7; |
заден фар против мъгла (F), одобрен в съответствие с Правило № 38 в първоначалния му вид; | Lampa taċ-ċpar tan-naħa ta' wara (F) approvata skont il-forma originali tar-Regolament Nru 38; |
фар за заден ход (AR), одобрен в съответствие с Правило № 23 в първоначалния му вид; | Dawl tar-rivers (AR) approvat skont il-forma originali tar-Regolament Nru 23; |
стопсигнал с две нива на интензитет (S2), одобрен в съответствие със серия от изменения 01 на Правило № 7. | Dawl tal-brejk b'żewġ livelli ta' qawwa (S2) approvat skont is-serje ta' emendi 01 tar-Regolament Nru 7; |
ПРОЦЕДУРА НА ИЗПИТВАНЕ — КЛАС IA И КЛАС IIIA | PROĊEDURA TAT-TESTIJIET – KLASSI IA U KLASSI IIIA |
Заявителят предоставя за одобрение десет образеца, които се изпитват в хронологичния ред, указан в приложение 12. | L-applikant jippreżenta għaxar kampjuni għall-approvazzjoni, dawn jiġu ttestjati fl-ordni kronoloġika msemmijja fl-Anness 12. |
След проверка на общите изисквания (точка 6 от правилото) и изискванията по отношение на формата и размерите (приложение 5), десетте образеца се подлагат на изпитването за топлоустойчивост, описано в приложение 10 към настоящото правило, като най-малко един час след това изпитване техните колориметрични характеристики и CIL (приложение 7) се проверяват за ъгъл на разходимост от 20’ и ъгъл на осветяване V = H = 0° или, ако е необходимо, в положението, определено в точки 4 и 4.1 от приложение 7. | Wara verifika tal-ispeċifikazzjonijiet ġenerali (paragrafu 6 tar-Regolament) u l-ispeċifikazzjonijiet tal-forma u d-dimensjonijiet (Anness 5), l-10 kampjuni għandhom jgħaddu mit-test tar-reżistenża għas-sħana kif deskritt fl-Anness 10 ta' dan ir-Regolament u, mill-inqas siegħa wara, jiġu eżaminati għall-karatteristiċi kolorimetriċi tagħhom u għall-Koeffiċjent tal-Intensità Luminuża (KIL) għall-angolu ta' diverġenza ta' 20’ u angolu ta' illuminazzjoni V = H = 0° jew jekk meħtieġ, fil-pożizzjoni definita fil- paragrafi 4 u 4.1 tal-Anness 7. |
Двата светлоотражателя, даващи минималната и максималната стойност, трябва след това да бъдат напълно изпитани, както е показано в приложение 7. | Iż-żewġ retro-rifletturi li jagħtu l-valuri minimi u massimi għandhom jgħaddu mit-test sħiħ kif muri fl-Anness 7. |
Тези два образеца се съхраняват от лабораториите за следващи проверки, които могат да бъдат сметнати за необходими. | Dawn iż-żewġ kampjuni jinżammu fil-laboratorji għal li jista' jkun hemm ħtieġa ta' xi testijiet oħra. |
Другите осем образеца се разделят на четири групи по два: | It-tmien kampjuni l-oħra għandhom jinqasmu f'erba' gruppi ta' tnejn: |
Първа група Двата образеца се подлагат последователно на изпитването за водно проникване (точка 1.1 от приложение 8) и след това, ако резултатът от изпитването е задоволителен, се подлагат на изпитванията за устойчивост на горива и смазочни масла (точки 3 и 4 от приложение 8). | L-ewwel grupp Iż-żewġ kampjuni jkunu suġġetti suċċessivament l-ewwel għat-test tal-penetrazzjoni tal-ilma (Anness 8, paragrafu 1.1) u jekk dan joħroġ tajjeb, għat-testijiet tar-reżistenza għall-fjuwils u għal-lubrikanti (Anness 8, paragrafi 3 u 4). |
Втора група Двата образеца, ако е необходимо, се подлагат на изпитването за корозия (точка 2 от приложение 8) и след това на абразивно-силово изпитване на задната повърхност на светлоотражателя (точка 5 от приложение 8). | It-tieni grupp Jekk hemm bżonn, iż-żewġ kampjuni jkunu wkoll suġġetti għat-test tal-korrużjoni (Anness 8, paragrafu 2), u wara dan għat-test tar-reżistenza għall-brix fuq il-wiċċ ta' wara tat-tagħmir retro-riflettiv (Anness 8, paragrafu 5). |
Трета група Двата образеца се подлагат на изпитването за устойчивост на време на оптичните свойства на светлоотражателя (приложение 9). | It-tielet grupp Iż-żewġ kampjuni jiġu suġġetti għat-test ta' stabbiltà tul iż-żmien tal-proprjetajiet ottiċi tat-tagħmir retro-riflettiv (Anness 9). |
Четвърта група Двата образеца се подлагат на изпитването за трайност на цветовете (приложение 11). | Ir-raba' grupp Iż-żewġ kampjuni jiġu suġġetti għat-test għall-permanenza tal-kulur (Anness 11). |
След като са били подложени на изпитванията, посочени в точката по-горе, светлоотражателите във всяка група трябва да имат: | Wara li jgħaddi mit-testijiet imsemmijin fil-paragrafu ta' fuq, it-tagħmir retro-riflettiv ta' kull grupp għandu jkollu: |
ИЗИСКВАНИЯ ЗА ФОРМАТА И РАЗМЕРИТЕ | SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-FORMA U TAD-DIMENSJONIJIET |
ФОРМА И РАЗМЕРИ НА СВЕТЛООТРАЖАТЕЛИТЕ ОТ КЛАС IA ИЛИ IB | IL-FORMA U D-DIMENSJONIJIET TAT-TAGĦMIR RETRO-RIFLETTIV TAL-KLASSIJIET IA JEW IB |
Формата на светещите повърхности трябва да бъде проста и да не може лесно от нормално разстояние за наблюдение да се обърква с буква, цифра или триъгълник. | Il-forma tal-uċuħ li jitfgħu d-dawl għandha tkun sempliċi u li ma tagħtix lok għat tfixkil ma' xi ittra, jew figura jew trijangolu minn distanzi ta' osservazzjoni normali. |
Независимо от предходната точка е допустима форма, наподобяваща формата на просто изписаните букви или цифри O, I, U или 8. | Minkejja dak li hemm fil-paragrafu ta' qabel, forma li tixbaħ l-ittri jew in-numri ta' forma sempliċi, bħal ma huma l-O, l-I, l-U jew it-8 hija aċċettabbli. |
ФОРМА И РАЗМЕРИ НА СВЕТЛООТРАЖАТЕЛИТЕ ОТ КЛАСОВЕ IIIA И IIIB (вж. допълнението към настоящото приложение) | IL-FORMA U D-DIMENSJONIJIET TAT-TAGĦMIR RETRO-RIFLETTIV TAL-KLASSIJIET IIIA U IIIB (ara l-appendiċi ta' dan l-anness) |
Светещите повърхности на светлоотражателите от класове IIIA и IIIB трябва да имат формата на равностранен триъгълник. | L-uċuħ li jitfgħu d-dawl tar-retro-rifletturi tal-Klassi IIIA għandhom ikollhom forma ta' trijangolu ekwilaterali. |
Ако думата „ТОР“ е вписана в единия ъгъл, върхът на този ъгъл трябва да е насочен нагоре. | Jekk tidher il-kelma "TOP" imnaqqxa f'rokna minnhom, il-quċċata ta' dik ir-rokna għandha tkun tħares 'il fuq. |
Светещата повърхност може да има или да няма в центъра си триъгълна област, която не е светлоотразяваща, със страни, успоредни на тези на външния триъгълник. | Il-wiċċ li jitfa' d-dawl jista' jkollu u jista' ma jkollux fiċ-ċentru tiegħu żona trijangolari, li mhijiex retro-riflettiva, u li l-ġnub tagħha huma paralleli ma' dawk tat-trijangolu ta' barra. |
Светещата повърхност може да бъде непрекъсната или прекъсната. | Il-wiċċ li jitfa' d-dawl jista' jkun kontinwu u jista' ma jkunx. |
Във всеки случай най-късото разстояние между два съседни светлоотражателни оптични модула не трябва да надвишава 15 mm. | F'kull każ, l-iqsar distanza bejn iż-żewġ unitajiet ottiċi retro-riflettivi maġenb xulxin ma għandhiex tkun ta' aktar minn 15-il mm. |
Светещата повърхност на светлоотражател се счита за непрекъсната, ако ръбовете на светещите повърхности на отделни съседни оптични модули са успоредни и ако споменатите оптични модули са равномерно разпределени по цялата твърда повърхност на триъгълника. | Il-wiċċ li jitfa' d-dawl tat-tagħmir retro-riflettiv għandu jkun ikkunsidrat li huwa kontinwu jekk it-truf tal-uċuħ li jitfgħu d-dawl ta' unitajiet ottiċi separati maġenb xulxin huma paralleli u jekk dawn l-unitajiet ottiċi huma mqassma b'mod ugwali fuq il-wiċċ solidu kollu tat-trijangolu. |
Ако светещата повърхност е прекъсната, броят на отделните светлоотражателни оптични модули, включително ъгловите модули, не може да бъде по-малък от четири на всяка страна на триъгълника. | Jekk il-wiċċ li jitfa' d-dawl ma jkunx kontinwu, ma jridx li jkun hemm inqas minn erba’ unitajiet ottiċi separati retro-riflettivi fuq kull naħa tat-trijangolu, fosthom l-unitajiet tal-irkejjen. |
Отделните светлоотражателни оптични модули не трябва да са заменяеми, освен ако са съставени от одобрени светлоотражатели от клас IA. | L-unitajiet ottiċi retro-riflettivi separati ma jistgħux jinbidlu sakemm ma jkunux retro-rifletturi approvati tal-Klassi IA. |
Външните ръбове на светещите повърхности на триъгълните светлоотражатели от класовеIIIA и IIIB трябва да бъдат с дължина между 150 и 200 mm. | It-truf ta' barra tal-uċuħ li jitfgħu d-dawl tar-retro-rifletturi trijangolari tal-Klassi IIIA u IIIB għandhom ikunu twal bejn 150 u 200 mm. |
В случай на светлоотражатели от типа кух триъгълник широчината на страните, измерена под прав ъгъл спрямо последните, трябва да е поне 20 % от ефективната дължина между двете крайни точки на светещата повърхност. | Fil-każ tat-tagħmir li jkun tip ta' trijangoluvojt, il-wisa' tal-ġnub, imkejjel f'angoli retti magħhom għandha tkun mill-inqas 20 % tat-tul attwali bejn l-estremitajiet tal-uċuħ li jitfgħu d-dawl. |
ФОРМА И РАЗМЕРИ НА СВЕТЛООТРАЖАТЕЛИТЕ ОТ КЛАС IVA | IL-FORMA U D-DIMENSJONIJIET TAT-TAGĦMIR RETRO-RIFLETTIV TAL-KLASSIJIET IVA. |
Формата на повърхностите, излъчващи светлина, трябва да бъде проста и да не може от нормално разстояние за наблюдение лесно да се обърква с буква, цифра или триъгълник. | Il-forma tal-uċuħ li jitfgħu d-dawl għandha tkun sempliċi u li ma tagħtix lok għat tfixkil ma' xi ittra, jew figura jew trijangolu minn distanzi ta' osservazzjoni normali. |
Независимо от предходната точка е допустима форма, наподобяваща формата на просто изписаните букви или цифри O, I, U или 8. | B'danakollu, forma li tixbaħ l-ittri jew in-numri ta' forma sempliċi, bħal ma huma l-O, l-I, l-U jew it-8 hija aċċettabbli. |
Излъчващата светлина повърхност на светлоотражателя трябва да бъде най-малко 25 cm2. | Il-wiċċ tat-tagħmir retro-riflettiv li jitfa' d-dawl irid ikollu qies ta' mill-inqas 25 cm2. |
Съответствието с горните изисквания трябва да се потвърди с визуална проверка. | Il-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq tkun ivverifikata bi spezzjoni viżiva. |
КОЛОРИМЕТРИЧНИ ИЗИСКВАНИЯ | SPEĊIFIKAZZJONIJIET KOLORIMETRIĊI |
Тези изисквания се прилагат само за безцветни, червени или кехлибарени светлоотражатели. | Dawn l-ispeċifikazzjonijiet japplikaw biss għat-tagħmir retro-riflettiv li hu mingħajr kulur, jew ta' kulur aħmar jew ambra. |
Светлоотражателите могат да се състоят от комбинация от светлоотражателен оптичен модул и филтър, които трябва да бъдат проектирани така, че да не могат да бъдат разделяни при нормални условия на експлоатация. | It-tagħmir retro-riflettiv jista' jkun magħmul minn unità ottika retro-riflettiva u filtru, ddisinjati b'tali mod li ma jistgħux jinqalgħu minn ma xulxin taħt kundizzjonijiet tal-użu normali. |
Оцветяването на светлоотражателните оптични модули и филтри с боя или лак не е позволено. | Mhuwiex permess li wieħed ilewwen l-unitajiet ottiċi retro-riflettivi u l-filtri permezz ta' xi żebgħa jew verniċ. |
Когато светлоотражателят е осветен от стандартен осветител А по МКО, с ъгъл на разходимост, равен на 1/3°, и ъгъл на осветяване V = H = 0°, или, ако това създаде безцветна отражателна повърхност, ъгъл V = +/– 5°, H = 0°, трицветните координати на отразения светлинен поток трябва да се намират в границите съгласно точка 2.30 от Правило № 48. | Meta ir-retro-riflettur ikun imdawwal b'illuminant tal-istandard CIE A, b'angolu ta' diverġenza ta' 1/3 gradi u angolu ta' illuminazzjoni ta' V = H = 0° gradi, jew, jekk dan jipproduċi rifless tal-wiċċ bla kulur, b'angolu V = +/– 5° gradi, H = 0° gradi, il-koordinati trikromatiċi tal-flux luminuż rifless għandhom ikunu fil-limiti skont il-paragrafu 2.30 tar-Regolament Nru 48. |
Безцветните светлоотражатели не трябва да отразяват избирателно, т.е. трицветните координати „x“ и „y“ на стандартния осветител „А“, използван да освети светлоотражателя, не трябва да имат промяна по-голяма от 0,01 след отражение от светлоотражателя. | L-unitajiet retro-riflettivi ta' bla kulur ma għandhomx jipproduċu rifless selettiv, fi kliem ieħor, il-koordinati trikromatiċi "x" u "y" tal-illuminant standard "A" li jintuża biex idawwal ir-retro-rifletturi ma għandux jgħaddi minn tibdil ta' aktar minn 0,01 wara li jkun rifless mir-retro-rifletturi. |
ФОТОМЕТРИЧНИ ИЗИСКВАНИЯ | SPEĊIFIKAZZJONIJIET FOTOMETRIĊI |
Когато се подава заявление за одобрение, заявителят трябва да определи една или повече базови оси, или множество от базови оси, отговарящи на ъгъл на осветяване V = H = 0° в таблицата на коефициентите на светлинния интензитет (CIL). | Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni, l-applikant irid jispeċifika assi tar-riferenza wieħed, jew iżjed minn wieħed jew medda ta' assijiet jikkorrispondu mal-angolu tal-illuminazzjoni V = H = 0° fit-tabella tal-koeffiċjenti tal-intensità luminuża (KIL). |