Source | Target | ОКОНЧАТЕЛНО ПРЕКРАТЯВАНЕ НА ПРОИЗВОДСТВОТО | PRODUZZJONI MWAQQFA |
За целите на настоящото правило: | Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, |
„Одобрение на моторно превозно средство“ се разбира като одобрение на тип превозно средство по отношение на неговата звукова сигнализация; | “L-approvazzjoni tal-vettura bil-magna” għandha tinftiehem li tfisser approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sinjal tagħha li jinstema’; |
„Тип превозно средство“ се разбира като превозни средства, които не се различават съществено по отношение на такива основни характеристики като: | “Tip ta’ vettura” għandha tinftiehem li tfisser vettura li mhix essenzjalment differenti minn oħra fejn għandhom x’jaqsmu oqsma bħal: |
броя и типа (типовете) предупредителни устройства, монтирани върху превозното средство; | in-numru u tip(i) ta’ apparati ta’ twissija mmuntati fuq il-vettura; |
монтажната арматура на предупредителните устройства към превозните средства; | il-muntatura użata biex jitwaħħal l-apparat ta’ twissija mal-vettura; |
разположението на предупредителните устройства върху превозното средство; | il-pożizzjoni tal-apparat ta’ twissija fuq il-vettura; |
коравината на частитеот конструкцията, към които е монтирано предупредителното устройство(а); | ir-riġidità tal-partijiet tal-istruttura li fuqhom jiġi/u mmuntat/i l-apparat/i ta’ twissija; |
формата и материалите на предната част на каросерията на превозното средство, които могат да повлияят на нивото на звуковото налягане, излъчвано от предупредителното устройство(а), или да послужат като екран. | l-għamla u l-materjal tal-parti ta’ quddiem tal-bodì tal-vettura li jista’ jaffettwa l-livell tal-ħoss li joħroġ mill-apparat/i ta’ twissija u jkollu l-effett li jmewwet il-ħoss. |
Заявлението за одобрение на тип превозно средство по отношение на неговата звукова сигнализация се подава от производителя на превозното средство или от негов надлежно упълномощен представител. | L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura fir-rigward tas-sinjali tagħha li jinstemgħu għandha titressaq mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu; |
То се придружава от следните документи, изготвени в три екземпляра и от следните сведения: | Din għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti li ġejjin li jagħtu d-dettalji li ġejjin: |
описание на типа превозно средство по отношение на елементите, изброени в точка 11.2 по-горе.; | deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fejn għandhom x’jaqsmu l-oqsma msemmija fil-paragrafu 11.2 ta’ hawn fuq; |
списък на елементите, необходими за идентифицирането на предупредителното устройство (устройства), които могат да се монтират в превозното средство; | lista tal-komponenti li huma meħtieġa biex ikun identifikat l-apparat/i ta’ twissija li jista’/jistgħu jiġi/u mmuntat/i fuq il-vettura; |
чертежи, указващи разположението на предупредителното устройство (устройства) и монтажната му арматура в превозното средство. | Disinni li juru l-pożizzjoni fuq il-vettura tal-apparat(i) ta’ twissija u tal-muntaturi tiegħu/tagħhom. |
На техническата служба, отговаряща за провеждането на изпитванията за одобрение, се предоставя превозно средство, представително за подлежащия на одобрение тип превозно средство. | Vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat għandha titressaq quddiem is-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni. |
Ако типът превозно средство, представен за одобрение съгласно настоящото правило, отговаря на изискванията на точки 14 и 15 по-долу, за съответния тип превозно средство се издава одобрение. | Jekk it-tip ta’ vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-paragrafi 14 u 15 ta’ hawn taħt, l-approvazzjoni għal dan it-tip ta’ vettura għandha tkun mogħtija. |
Една и съща страна по договора не може да присвоява същия номер на друг тип превозно средство. | L-istess Parti Kontraenti ma tistax tassenja dan in-numru lil tip ieħor ta’ vettura. |
Съобщение за одобрение, отказ, разширение, отмяна на одобрение или окончателно прекратяване на производството на тип превозно средство съгласно настоящото правило трябва да бъде изпратено на страните по Спогодбата, прилагащи настоящото правило, чрез формуляр, съответстващ на образеца от приложение 2 към настоящото правило, и чрез (предоставени от заявителя на одобрение) чертежи във формат, който не надхвърля A4 (210 × 297 mm), или сгънати до този формат и в подходящ мащаб. | Avviż ta' approvazzjoni jew ta' ċaħda tal-approvazzjoni jew l-estensjoni jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura, skont dan ir-Regolament, għandu jiġi kkomunikat lill-Partijiet involuti f’dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola li taqbel mal-mudell li jidher fl-Anness 2 ta’ dan ir-Regolament, u permezz ta’ disinni (pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni) b’format massimu ta’ A.4 (210 x 297 mm), jew inkella b'karta mitwija biex ikollha dan il-format, bi proporzjon xieraq. |
На всяко превозно средство, което съответства на тип превозно средство, одобрен по настоящото правило, на видно и леснодостъпно място, указано във формуляра за одобрение, се нанася маркировка за международно одобрение, която се състои от: | Fuq kull vettura li tkun konformi ma’ tip ta’ vettura li tkun approvata taħt dan ir-Regolament, għandha titwaħħal b’mod evidenti, f’post prominenti u aċċessibbli li jkun indikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, marka ta’ approvazzjoni internazzjonali li tkun tinkludi: |
оградена с окръжност буква „E“, следвана от отличителнияномер на държавата, която е издала одобрението; | ċirku li jkun fih l-ittra "E" segwita bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun qed jagħti l-approvazzjoni; |
номера на настоящото правило, поставен отдясно на окръжността, посочена в точка 13.4.1. | in-numru ta’ dan ir-Regolament imqiegħed fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku msemmi fil-paragrafu 13.4.1. |
Ако превозното средство съответства на тип превозно средство, одобрен по друго (други) правило (правила), приложено(и) към Спогодбата, в държавата, издала одобрението съгласно настоящото правило, не е необходимо да се повтаря символът, посочен в точка 13.4; в този случай допълнителните номера и символи на всички правила, по които е издадено одобрение в държавата, издала одобрението съгласно настоящото правило, се поставят във вертикални колони отдясно на символа, посочен в точка 13.4. | Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat, skont Regolament(i) ieħor/oħrajn anness(i) mal-Ftehim, fl-istess pajjiż bħal dak li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, is-simbolu msemmi fil-paragrafu 13.4. m’hemmx għalfejn jerġa’ jkun ripetut; f’dan il-każ, in-numri u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni taħt dan ir-Regolament, għandhom jidhru f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu msemmi fil-paragrafu 13.4. |
Знакът за одобрение се поставя близо до или върху табелката с данни на превозното средство. | Il-marka ta’ approvazzjoni trid titqiegħed ħdejn il-pjanċa li fuqha jkollha l-karatteristiċi tal-vettura u tista’ wkoll tiġi mwaħħla ma’ din il-pjanċa. |
Приложение 3, раздел II към настоящото правило дава примери за оформлението на маркировка за одобрение. | L-Anness 3, Taqsima II ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempju tal-format tal-marka tal-approvazzjoni. |
Превозното средство трябва да съответства на следните изисквания: | Il-vettura trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: |
Звуковото предупредително устройство(а) (или система), монтирано върху превозното средство, трябва да бъде от тип, одобрен съгласно настоящото правило. | L-apparat(i) (jew is-sistema) ta’ twissija li tinstema’/jinstemgħu immuntat/i fuq il-vettura għandu/għandhom ikun/u tat-tip approvat/i skont dan ir-Regolament; |
Звукови предупредителни устройства от клас II, одобрени съгласно настоящото правило в първоначалния му вид и поради това несъдържащи обозначението II в маркировката за одобрение, може да продължат да бъдат монтирани в типове превозни средства, предоставени за одобрение съгласно настоящото правило. | Apparati ta’ twissija li tinstema’ li jkunu tal-Klassi II u li jkunu approvati skont dan ir-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu, u li għalhekk ma jkollhomx is-simbolu II fil-marka ta’ approvazzjoni tagħhom, jistgħu jibqgħu jiġu mmuntati fuq tipi ta’ vetturi mressqin għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament. |
Изпитвателното напрежение трябва да бъде определеното в точка 6.2.3 от правилото; | Il-vultaġġ tat-test għandu jkun kif speċifikat fil-paragrafu 6.2.3 tar-Regolament; |
Измерванията на звуковото налягане трябва да се правят при условията, определени в точка 6.2.2 от настоящото правило. | Il-kejl tal-pressjoni tal-ħoss għandu jsir fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6.2.2. ta’ dan ir-Regolament; |
Измереното по крива А ниво на звуковото налягане, създавано от устройството, монтирано върху превозното средство, трябва да се измери на разстояние 7 m пред превозното средство, което е разположено на открита площадка с възможно най-гладка повърхност и спрян двигател, ако устройството се захранва с постоянен ток. | Il-livell tal-ħoss A-weighted li joħroġ mill-apparat mqiegħed fuq il-vettura għandu jitkejjel minn distanza ta’ 7 m quddiem il-vettura, b’din tal-aħħar titqiegħed f’sit miftuħ, fuq art kemm jista’ jkun bla ħotob u, fil-każ ta’ apparati fornuti b’kurrent dirett, bil-magna tagħha mitfija; |
Микрофонът на измервателния уред трябва да бъде поставен приблизително в средата на надлъжната равнина на превозното средство. | Il-mikrofonu tal-apparat tal-kejl għandu jitqiegħed bejn wieħed u ieħor fil-pjan medjan lonġitudinali tal-vettura; |
Нивото на звуковото налягане на околния шум и шума на вятъра трябва да бъде най-малко 10 dB (A) под нивото на звука, който се измерва; | Il-livell tal-pressjoni tal-ħoss tal-isfond u tal-ħoss tar-riħ għandhom ikunu ta’ mill-inqas 10 dB (A) inqas mill-ħoss li jkun se jitkejjel; |
Максималното ниво на звуковото налягане се измерва в рамките на 0,5 mи 1,5 m над земната повърхност; | Il-livell massimu tal-pressjoni tal-ħoss għandu jkun imfittex f’medda ta' bejn 0.5 u 1,5 m ’il fuq mil-livell tal-art; |
Измервано при условията, определени в точки 14.2—14.7, максималното ниво на звуковото налягане (14.7) на изпитваната звукова сигнализация е най-малко: | Meta jitkejjel fil-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 14.2 sa 14.7, il-valur massimu tal-pressjoni tal-ħoss (14.7) tas-sinjal li jinstema’ li jkun qed jiġi ttestjat għandu jkun ta’ mill-inqas: |
равно на 83 dB(A) и не повече от 112 dB(A) за сигнализация на мотоциклети с мощност, по-малка или равна на 7 kW; | daqs 83 dB(A) u mhux aktar minn 112 dB(A) għas-sinjali tal-motoċikletti li jtellgħu potenza ta’ inqas minn jew daqs 7 kW; |
равно на 93 dB(A) и повече от 112 dB(A) за сигнализация на превозни средства категории M и N и мотоциклети с мощност, по-голяма от 7 kW. | daqs 93 dB(A) u mhux aktar minn 112 dB(A) għas-sinjali tal-vetturi tal-kategoriji M u N u għall-motoċikletti li jtellgħu potenza ta’ iktar minn 7 kW. |
ПРОМЯНА НА ТИП ПРЕВОЗНО СРЕДСТВО И РАЗШИРЕНИЕ НА ОДОБРЕНИЕ | MODIFIKI TAT-TIP TA’ VETTURA U L-ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI |
Административният отдел, издал одобрение на типа превозно средство, се уведомява за всяка промяна на типа превозно средство. | Kull modifika tat-tip ta’ vettura għandha tiġi nnotifikata lid-dipartiment amministrattiv li jkun ta l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura. |
да прецени, че е малко вероятно направените промени да оказват съществено неблагоприятно въздействие и че при всички положения превозното средство продължава да отговаря на изискванията; или | jew ikun tal-fehma li l-modifiki magħmulin x’aktarx li mhux se jħallu effett negattiv apprezzabbli; u li, fi kwalunkwe każ, il-vettura xorta tissodisfa r-rekwiżiti; jew |
да изиска допълнителен протокол от изпитване от техническата служба, отговаряща за провеждане на изпитванията. | jitlob rapport ġdid mingħand is-servizz tekniku responsabbli mit-testijiet. |
Съобщение за потвърждение на одобрението, в което се посочват промените, или отказ на одобрение трябва да бъде изпратено на страните по Спогодбата, прилагащи настоящото правило, съгласно процедурата, посочена в точка 13.3 по-горе. | Notifika tal-konferma tal-approvazzjoni bid-dettalji tal-modifiki, jew taċ-ċaħda tal-approvazzjoni, għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet involuti fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, skont il-proċedura indikata fil-paragrafu 13.3 ta’ hawn fuq. |
Всяко превозно средство, одобрено по настоящото правило, трябва да бъде произведено така, че да съответства на одобрения тип, като отговаря на изискванията, посочени в точка 14 по-горе. | Vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun maħduma b’tali mod li tkun skont it-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 14 ta’ hawn fuq. |
Одобрението, издадено по отношение на тип превозно средство съгласно настоящото правило, може да бъде отменено, ако не е спазено изискването, заложено в точка 16.1 по-горе, или превозното средство не премине успешно проверките, посочени в точка 16.2 по-горе. | L-approvazzjoni mogħtija lil tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata jekk il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 16.1 ta’ hawn fuq ma jiġux imħarsa, jew jekk il-vettura ma tgħaddix mill-kontrolli msemmija fil-paragrafu 16.2 ta’ hawn fuq. |
НАИМЕНОВАНИЯ И АДРЕСИ НА ТЕХНИЧЕСКИТЕ СЛУЖБИ, ОТГОВАРЯЩИ ЗА ПРОВЕЖДАНЕТО НА ИЗПИТВАНИЯ ЗА ОДОБРЕНИЕ НА ТИПА, КАКТО И НА АДМИНИСТРАТИВНИТЕ ОТДЕЛИ | L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI LI JWETTQU T-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI |
Страните по Спогодбата, прилагащи настоящото правило, съобщават на секретариата на ООН наименованията и адресите на техническите служби, отговарящи за изпитванията за одобрение, и на административните отдели, издаващи одобрение и на които се изпращат формулярите, удостоверяващи одобрение, разширение, отказ или отмяна на одобрение, издадени в други държави. | Il-Partijiet involuti f’dan il-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkommunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-testijiet ta’ approvazzjoni u l-ismijiet u l-indirizzi tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-irtirar tal-approvazzjoni, li jinħarġu f’pajjiżi oħrajn. |
ЗПУ, което се състои от няколко изхода за звука, задействани от един източник, се смята за едно ЗПУ. | AWD li jikkonsisti f’diversi apparati minn fejn joħroġ il-ħoss li jkun attivat minn unità waħda ta’ enerġija għandu jitqies bħala AWD. |
Както е определено в Консолидираната резолюция (R.E.3). | Hekk kif definiti fir-Riżoluzzjoni Konsolidata (R.E.3). |
3 ЗПУ, което се състои от няколко елемента, всеки от които излъчва звуков сигнал и които действат заедно чрез задействане на един орган за управление, се смята за звукова предупредителна система. | AWD li jikkonsisti f’diversi unitajiet, li kull wieħed minnhom joħroġ sinjal ta’ ħoss u jkun imħaddem fl-istess ħin bl-attwazzjoni ta’ kontroll uniku għandu jitqies bħala sistema ta’ twissija li tinstema’. |
1 — Германия, 2 — Франция, 3 — Италия, 4 — Нидерландия, 5 — Швеция, 6 — Белгия, 7 — Унгария, 8 — Чешка република, 9 — Испания, 10 — Сърбия, 11 — Обединено кралство, 12 — Австрия, 13 — Люксембург, 14 — Швейцария, 15 (не е присвоен), 16 — Норвегия, 17 — Финландия, 18 — Дания, 19 — Румъния, 20 — Полша, 21 — Португалия, 22 — Русия, 23 — Гърция, 24 — Ирландия, 25 — Хърватска, 26 — Словения, 27 — Словакия, 28 — Беларус, 29 — Естония, 30 (не е присвоен), 31 — Босна и Херцеговина, 32 — Латвия, 33 (не е присвоен), 34 — България, 35-36 (не е присвоен), 37 — Турция, 38 — 39 (не е присвоен), 40 — бившата югославска република Македония, 41 (не е присвоен), 42 — Европейска общност (одобренията се предоставят от държавите-членки, които използват техния съответен ИКЕ символ), 43 — Япония, 44 (не е присвоен), 45 — Австралия, 46 — Украйна и 47 — Южна Африка. | 1 għall-Ġermanja, 2 għal Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Pajjiżi l-Baxxi, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungarija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għal Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għas-Slovenja, 27 għas-Slovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bożnija u Ħerżegovina, 32 għal-Latvija, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35-36 (vojt), 37 għat-Turkija, 38-39 (vojt), 40 għal-Ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Komunita' Ewropea (L-Approvazzjonijiet jingħataw mill-Istati Membri bis-simbolu tal-KEE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukraina u 47 għar-Repubblika tal-Afrika t’Isfel. |
Следващи номера ще бъдат присвоявани на други държави в хронологичния ред, по който те ратифицират или се присъединяват към Спогодбата за приемане на единни технически предписания, прилагани спрямо колесните превозни средства, оборудването и частите, които могат да бъдат монтирани и/или използвани на колесни превозни средства, и на условията за взаимно признаване на одобрения, издавани на основата на тези предписания, като така присвоените номера се съобщават от генералния секретар на Организацията на обединените нации на договарящите се страни по Спогодбата. | In-numri sussegwenti għandhom jingħataw lil pajjiżi oħra fl-ordni kronoloġika li fiha jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim li Jikkonċerna l-Adozzjoni tad-Dispożizzjonijiet Tekniċi Uniformi għall-Vetturi bir-Roti, għat-Tagħmir u għall-Partijiet li jistgħu Jitwaħħlu u/jew Jintużaw fuq il-Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għall-Għarfien Reċiproku tal-Approvazzjonijiet Mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet, u n-numri mogħtija b’dan il-mod għandhom ikunu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim. |
Площадката може да има формата, например, на открита площ с радиус 50 m, като централната му част е практически равна в радиус 20 m, а повърхността е от бетон, асфалт или подобен материал, който не трябва да е покрит с пухкав сняг, високи треви, рохкава почва или сгурия. | Is-sit jista’ jieħu l-għamla, ngħidu aħna, ta’ spazju miftuħ li jkollu raġġ ta’ 50 metru, li l-parti ċentrali tiegħu trid tkun prattikament orizzontali fuq raġġ ta’ mill-inqas 20 metru, fejn il-wiċċ ikun magħmul mill-konkrit, asfalt jew materjal simili, u ma jridx ikun mgħotti b’silġ mhux magħqud u niexef, b’ħaxix ħażin twil, jew b’ħamrija sparpaljata jew bi ġmamar. |
Измерванията трябва да се направят в ясен ден. | Il-kejl għandu jittieħed meta tkun ġurnata sabiħa. |
Никой освен оператора на измервателния уред не трябва да се намира близо до звуковото предупредително устройство или микрофона, тъй като наличието на зрители може да повлияе в значителна степен на отчитаните от уреда стойности, ако те са близо до звуковото предупредително устройство или микрофона. | Ħadd ħlief l-osservatur li jkun qed jaqra l-istrument m’għandu jibqa’ ħdejn l-apparat ta’ twissija li tinstema’ jew il-mikrofonu, peress illi l-preżenza ta’ spettaturi tista’ taffettwa l-qari tal-istrument b’mod konsiderevoli, jekk dawn ikunu viċin l-apparat ta’ twissija li tinstema’ jew viċin il-mikrofonu. |
Всеки максимум, който няма отношение към основното ниво на звука, трябва да бъде елиминиран при отчитането. | Kull punt tal-ogħla intensità li jkun jidher li mhux marbut mal-livell ġenerali tal-ħoss, m’għandux jingħata każ tiegħu. |
СЪОБЩЕНИЕ | KOMUNIKAZZJONI |
(Максимален формат: А4 (210 × 297 mm) | (Format massimu: A 4 (210 x 297 mm)) |
Издадено от: | maħruġa minn: |
относно одобрение (разширение, отказ или отмяна на одобрение, или окончателно прекратяване на производството) на тип звуково предупредително устройство за моторни превозни средства съгласно правило № 28 | dwar l-approvazzjoni (jew iċ-ċaħda jew l-irtirar ta’ approvazzjoni jew il-waqfien definittiv tal-produzzjoni jew l-estensjoni tal-approvazzjoni) ta’ tip ta’ apparat ta’ twissija li tinstema’ għal vetturi bil-magna skont ir-Regolament Nru 28 |
№ на одобрението: … | Nru tal-Approvazzjoni: … |
№ на разширението: … | Nru tal-Estensjoni: … |