Source | Target | Други видове осветителни модули се регулират в съответствие със спецификацията на заявителя, както е определено съгласно приложение 10 към Правило № 123. | Unitajiet oħra tad-dawl għandhom jiġu aġġustati skont l-ispeċifikazzjoni tal-applikant, kif ġie ddefinit skont l-Anness 10 għar-Regolament Nru 123. |
Методика на измерване: | Il-proċedura tal-kejl: |
След задаването на началното положение за насочеността на снопа, вертикалният наклон на късата светлина или, когато е приложимо, вертикалните наклони на всички различни осветителни модули, които осигуряват или допринасят за снопа (сноповете) на основната къса светлина съгласно точка 6.22.6.1.2.1 по-горе, се проверяват за всички състояния на натоварване на превозното средство в съответствие с точки 6.2.6.3.1 и 6.2.6.3.2 от настоящото правило. | Wara aġġustament tas-setting inizjali tal-orjentazzjoni tar-raġġ, l-inklinazzjoni vertikali tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata, jew meta jkun applikabbli, l-inklinazzjonijiet vertikali tal-unitajiet tad-dawl differenti kollha li jipprovdu jew jikkontribwixxu għall-punt(i) ta’ waqfien tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata bażiku, skont il-paragrafu 6.22.6.1.2.1 t’aktar ’il fuq, għandhom ikunu vverifikati għall-kundizzjonijiet tat-tagħbija kollha tal-vettura skont l-ispeċifikazzjonijiet fil-paragrafi 6.2.6.3.1 u 6.2.6.3.2 ta’ dan ir-Regolament. |
Дълги светлини (ако такива се осигуряват от адаптиращата се система за предни светлини (AFS) | Id-dawl tar-raġġ ewlieni (jekk ikun ipprovdut mill-AFS): |
осветителните модули за дългите светлини могат да бъдат включвани едновременно или по двойки. | L-unitajiet tad-dawl għar-raġġ ewlieni jistgħu jiġu attivitati jew fl-istess ħin jew f’pari. |
При превключване от къси на дълги светлини трябва да светва поне една двойка осветителни модули за дълги светлини. | Għall-bidla mir-raġġ baxx għar-raġġ ewlieni għandhom jiġu attivati mill-inqas par wieħed ta’ unitajiet tad-dawl għar-raġġ ewlieni. |
При превключване от дълги на къси светлини всички предни осветителни модули за дълги светлини трябва да се изключват едновременно; | Għall-bidla mir-raġġ ewlieni għar-raġġ baxx, għandhom jiġu deattivati fl-istess ħin l-unitajiet kollha tad-dawl għar-raġġ ewlieni. |
късите светлини може да остават включени заедно с дългите; | Ir-raġġi baxxi jistgħu jibqgħu mixgħulin fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin; |
когато са монтирани четири прибиращи се осветителни модула за дълги светлини, тяхното вдигнато положение трябва да предотвратява едновременната работа с който и да е от монтираните допълнителни предни фарове, ако те са предназначени за светлинна сигнализация, състояща се в периодично присветване на кратки интервали (вж. точка 5.12) на дневна светлина. | Fejn jitwaħħlu erba’ unitajiet tad-dawl li jistgħu jinħbew, il-pożizzjoni mgħollija tagħhom trid tipprevjeni t-tħaddim fl-istess ħin ta’ kwalunkwe fanal addizzjonali mwaħħla, jekk dawn ikunu maħsuba biex jipprovdu sinjali bid-dawl li jikkonsistu minn illuminazzjoni intermittenti f’intervalli qosra (ara l-paragrafu 5.12) fid-dawl ta’ binhar. |
Къси светлини: | Id-dawl tar-raġġi li ma jtellfux lis-sewwieq ta’ faċċata: |
органът за превключване към къси светлини трябвада изключва всички фарове за дълги светлини или да изключва едновременно всички осветителни модули от AFS, които са за дълги светлини; | Il-kontroll għall-bidla għar-raġġ baxx irid jitfi l-fanali fuq quddiem b’raġġ ewlieni kollha jew jiddeattiva l-unitajiet tad-dawl kollha tal-AFS għar-raġġ ewlieni fl-istess ħin. |
късите светлини могат да остават включени заедно с дългите светлини; | Ir-raġġ baxx jista’ jibqa’ mixgħul fl-istess ħin bħar-raġġi ewlenin. |
в случай на осветителни модули за къси светлини, снабдени с газоразрядни светлинни източници, газоразрядните светлинни източници трябва да остават включени по време на работата на дългите светлини. | Fil-każ li l-unitajiet tad-dawl għar-raġġ baxx ikunu mgħammra b’sorsi tad-dawl b’disċarġ tal-gass, is-sorsi tad-dawl b’disċarġ tal-gass għandhom jibqgħu mixgħulin waqt ħidmet ir-raġġ ewlieni. |
Включването и изключването на късите светлини може да бъде автоматично, но остава предмет на изискванията за „Електрическата схема на свързване“ от точка 5.12 от настоящото правило. | Ir-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata jista’ JINXTEGĦEL u JINTEFA b’mod awtomatiku, madankollu, dan irid ikun bla ħsara għar-rekwiżiti ta’ “Il-konnessjoni elettronika” fil-paragrafu 5.12 ta’dan ir-Regolament. |
Автоматично действие на адаптиращата се система за предни светлини (AFS) | Il-ħidma awtomatiku tal-AFS |
Промените в наличните класове функции за осветяване (и техните режими) на адаптираща се система за предни светлини (AFS), специфицирана по-долу, както и смените между тях, трябва да се извършват автоматично и по такъв начин, че да не се причинява неудобство на водача или на останалите участници в движението. | Il-bidliet fi ħdan u bejn il-klassijiet ipprovduti u l-modalitajiet tagħhom tal-funzjonijiet tad-dawl tal-AFS, kif ġie speċifikat aktar ’l isfel, għandhom isiru b’mod awtomatiku u b’tali mod li ma jkun ikkawżat l-ebda skumdità, la lis-sewwieq u lanqas lill-utenti l-oħra tat-triq. |
За активирането на класовете (и техните режими) къси светлини и, когато има такива, класовете дълги светлини, важат следнитеусловия: | Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għall-attivazzjoni tal-klassijiet u tal-modalitajiet tagħhom tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata u, fejn ikun applikabbli, tar-raġġ ewlieni. |
Режимът (режимите) от клас С за късата светлина трябва да бъде активиран, ако не е активиран никой режим на друг клас къса светлина. | Il-modalità(ajiet) tal-klassi C tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata għandhom jiġu attivati jekk ma tiġi attivata l-ebda modalità ta’ klassi oħra ta’ raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata. |
Режимът (режимите) от клас V за късата светлина не трябва да е включен, освен ако не са автоматично регистрирани следните условия (прилага се сигнал V): | Il-modalità(ajiet) tal-klassi V tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata ma għandhomx jaħdmu sakemm kundizzjonijiet waħda jew aktar minn dawn li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta(i) b’mod awtomatiku (japplika s-sinjal V): |
пътища в застроени зони, като скоростта на превозното средство не надвишава 60 km/h; | Toroq f’żoni b’ħafna bini u l-veloċità tal-vettura ma tkunx teċċedi s-60 km/h; |
пътища, снабдени с неподвижно пътно осветление в застроени зони, като скоростта на превозното средство не надвишава 60 km/h; | Toroq mgħammra b’illuminazzjoni tat-triq fissa, u l-veloċità tal-vettura ma tkunx teċċedi s-60 km/h; |
постоянно са надвишени яркост на пътното платно от 1 cd/m2 и/или осветеност в хоризонталната равнина на платното от 10 lx; | Tidwil tas-superfiċje tat-triq ta’ 1 cd/m2 u/jew illuminazzjoni orizzontali tat-triq ta’ 10 lx li tinqabeż kontinwament; |
скоростта на превозното средство не надвишава 50 km/h. | Il-veloċità tal-vettura ma taqbiżx il-50 km/h. |
Режимът (режимите) от клас Е за късата светлина не трябва да е включен, освен ако скоростта на превозното средство не надвишава 70 km/h и са автоматично регистрирани едно или повече от следните условия: | Il-modalità(ajiet) tal-klassi E tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata ma għandhiex(homx) taħdem(jaħdmu) sakemm il-veloċità tal-vettura ma teċċedix is-70 km/h u kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin ma tiġix/jiġux skoperta(i) b’mod awtomatiku. |
характеристиките на пътя съответстват на условия на автомагистрала [21]и/или скоростта на превозното средство надвишава 110 km/h (прилага се сигнал Е); | Il-karatteristiċi tat-triq jikkorrispondu għall-kundizzjonijiet ta’ awtostrada [21]u/jew il-veloċità tal-vettura teċċedi l-110 km/h (japplika s-sinjal E). |
само в случай на режим клас Е за късата светлина, която съгласно документите/уведомителния лист за одобрение на системата е съобразена с „набора от данни“ от таблица 6 от приложение 3 към Правило № 123. | Fil-każ ta’ modalità tal-klassi E tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata, li, skont id-dokumenti ta’ approvazzjoni/il-folja ta’ komunikazzjoni tas-sistema, hija konformi biss mas-“sett ta’ data” tat-Tabella 6 tal-Anness 3 għar-Regolament Nru 123. |
Набор от данни Е1: скоростта на превозното средство надвишава 100 km/h (прилага се сигнал Е1); | Is-sett tad-data E1: il-veloċità tal-vettura teċċedi l-110 km/h (japplika s-sinjal E1); |
Набор от данни Е2: скоростта на превозното средство надвишава 90 km/h (прилага се сигнал Е2); | Is-sett tad-data E2: il-veloċità tal-vettura teċċedi d-90 km/h (japplika s-sinjal E2); |
Набор от данни Е3: скоростта на превозното средство надвишава 80 km/h (прилага се сигнал Е2). | Is-sett tad-data E3: il-veloċità tal-vettura teċċedi t-80 km/h (japplika s-sinjal E3). |
Режимът (режимите) от клас W за късата светлина не трябва да е включен, освен ако предните фарове за мъгла, ако има такива, са изключени и автоматично са регистрирани едно или повече от следните условия (прилага се сигнал W): | Il-modalità(ajiet) tal-klassi W tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata ma għandhiex(homx) taħdem(jaħdmu) sakemm il-fanali għaċ-ċpar fuq quddiem, jekk ikun hemm, ma JINTFEWX u kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin ma tiġix/jiġi skoperta(i) awtomatikament (japplika s-sinjal W): |
мокротата на пътя е регистрирана автоматично; | Li l-art tkun imxarrba jkun ġie skopert b’mod awtomatiku; |
чистачката на предното стъкло е включена и нейната непрекъсната и автоматично контролирана работа е била с продължителност минимум две минути. | JINXTEGĦEL il-wajper tal-windxîld u l-ħidma kontinwa jew awtomatikament ikkontrollata tiegħu damet għal perjodu ta’ mill-inqas żewġ minuti. |
Режимът от клас C, V, E или W за късата светлина не трябва да бъде изменян, за да бъде приведен в режим „за осветяване с променлив ъгъл (в завой)“ от споменатия клас (прилага се сигнал Т в комбинация със сигнала на споменатия клас за късата светлина в съответствие с точки 6.22.7.4.1—6.22.7.4.4 по-горе), освен ако не е оценена поне една от следните характеристики (или еквивалентни признаци): | Modalità ta’ raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata tal-klassi C, V, E jew W ma għandhiex tkun immodifikata biex issir modalità għal-liwi tal-isemmija klassi (japplika s-sinjal T flimkien mas-sinjal tal-imsemmija klassi tar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata skont il-paragrafi 6.22.7.4.1 sa 6.22.7.4.4 t’aktar ’il fuq) sakemm ma tiġix evalwata mill-inqas waħda miill-karatteristiċi li ġejjin (jew indikazzjonijiet ekwivalenti): |
ъгълът на пълно завъртане на волана; | L-angolu tas-sokra tal-istering; |
траекторията на центъра на тежестта на превозното средство. | It-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura. |
Освен това важат и следните условия: | Minbarra dan, japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: |
хоризонтално придвижване настрани на асиметричната граница между светлинния сноп и неосветеното пространство над него се разрешава, само когато превозното средство се движи напред [22], като придвижването трябва та е такова, че вертикалната надлъжна равнина през върха на светлинния сноп да не пресича линията на траекторията на центъра на тежестта на превозното средство на разстояние от предницата на превозното средство, което е по-голямо от 100 пъти монтажната височина на съответния осветителен модул; | Moviment orizzontali tal-punt ta’ waqfien asimettriku lejn il-ġenb mill-assi lonġitudinali tal-vettura, jekk ikun hemm, jitħalla biss meta l-vettura tkun miexja ’l quddiem [22]u għandu jkun tali li l-pjan vertikali lonġitudinali mill-barma tal-minkeb tal-punt ta’ waqfien ma jaqsamx il-linja tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura f’distanzi mill-parti ta’ quddiem tal-vettura li jkunu akbar minn 100 darba l-għoli tal-immuntar tal-unità tad-dawl rispettiva; |
допълнително могат да бъдат задействани един или повече осветителни модули само когато хоризонталният радиус на кривата на траекторията на центъра на тежестта на превозното средство е 500 m или по-малък. | Unità tad-dawl waħda jew aktar jistgħu jingħataw enerġija addizzjonali biss meta r-radju orizzontali tal-kurvatura tat-trajettorja taċ-ċentru tal-gravità tal-vettura ikun ta’ 500 m jew inqas. |
За водача трябва винаги да бъде възможно да приведе адаптиращата се система за предни светлини (AFS) в неутрално състояние и да явърне към автоматичната ѝ работа. | Għandu dejjem ikun possibbli li s-sewwieq jissettja l-AFS għall-istat newtrali u li jirritornaha għall-ħidma awtomatika tagħha. |
За съответните части на адаптиращата се система за предни светлини (AFS) важат изискванията от точка 6.1.8 (за фаровете за дълги светлини) и точка 6.2.8 (за фаровете за къси светлини) от настоящото правило. | Għall-partijiet rispettivi ta’ AFS japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 6.1.8 (għall-fanal tar-raġġ ewlieni) u 6.2.8 (għall-fanal bir-raġġ baxx) ta' dan ir-Regolament. |
За адаптираща се система за предни светлини (AFS) контролно устройство с визуална индикация е задължително. | Tell-tale għal ħsara viżiva huwa mandatorju. |
То трябва да бъде немигащ тип. | Dan ma għandux jixgħel u jitfi malajr. |
То трябва да се задейства винаги, когато бъде открита повреда по отношение на управляващите сигнали на адаптиращата се система за предни светлини (AFS) или когато се получи сигнал за повреда в съответствие с точка 5.9 от Правило № 123. | Għandu jkun attivat kull meta tkun skoperta ħsara rigward is-sinjali ta’ kontroll tal-AFS jew meta jiġi riċevut sinjal ta’ ħsara skont il-paragrafu 5.9 tar-Regolament Nru 123. |
Действието му може да бъде временно изключено, но трябва да бъде възобновявано отново, винаги когато устройството за пускане и спиране на двигателя се включва и изключва. | Jista’ jitħassar temporanjament, imma għandu jiġi ripetut kull meta l-apparat li jistartja u jwaqqaf il-magna jinxtegħel u jintefa. |
Контролно устройства, което показва, че водачът е привел системата в състояние съгласно точка 5.8 от Правило № 123, е незадължително. | Tell-tale biex jindika li s-sewwieq issettja s-sistema fi stat skont il-paragrafu 5.8 tar-Regolament Nru 123 huwa fakultattiv. |
Адаптираща се система за предни светлини (AFS) се разрешава само при инсталиране на устройство(а) за почистване на фаровете в съответствие с Правило № 45 [23], поне за тези осветителни модули, които са посочени в точка 9.3 на формуляра за съобщение, отговарящ на образеца в приложение 1 към Правило № 123, ако общият действителен светлинен поток от светлинните източници на тази осветителни модули е над 2000 lm/страна, и които допринасят за (основната) къса светлина от клас С. | AFS għandu jkun permess biss flimkien mal-installazzjoni ta’ apparat(i) għat-tindif tal-fanali skont ir-Regolament Nru 45 [23]mill-inqas għaldawk l-unitajiet tad-dawl li ġew indikati fil-punt 9.3 tal-formola ta’ komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 għar-Regolament Nru 123, jekk il-fluss ta’ luminożità oġġettiv totali tas-sorsi tad-dawl ta’ dawn l-unitajiet jeċċedi l- 2000 lm għal kull naħa, u li jikkontribiwxxu għar-raġġ li ma jtellifx is-sewwieq minn faċċata (bażiku) tal-klassi C. |
Проверка на съответствието с изискванията за автоматичната работа на адаптиращата се система за предни светлини (AFS) | Il-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti għall-ħidma awtomatika tal-AFS |
С кратко описание или по друг приемлив за отговарящия за одобрението на типа орган начин, заявителят трябва да докаже: | Permezz ta’ deskrizzjoni konċiża jew b’mezz ieħor aċċettabbli għall-Awtorità responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip, l-applikant għandu juri: |
съответствието на управляващите сигнали на адаптиращата се система за предни светлини (AFS): | Il-korrispondenza tas-sinjali ta’ kontroll tal-AFS |
с описанието, изисквано в точка 3.2.6 от настоящото правило; и | Mad-deskrizzjoni meħtieġa fil-paragrafu 3.2.6 ta’ dan ir-Regolament, u |
със съответните управляващи сигнали на адаптиращата се система за предни светлини (AFS), специфицирани в документите за одобрение на типа на AFS; и | Mas-sinjali ta’ kontroll tal-AFS rispettivi li ġew speċifikati fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip tal-AFS, u |
съответствието с изискванията за автоматичната работа в съответствие с точки 6.22.7.4.1—6.22.7.4.5 по-горе. | Konformità mar-rekwiżiti tal-ħidma awtomatika skont il-paragrafi 6.22.7.4.1 sa 6.22.7.4.5 t’aktar ’il fuq. |
За да провери дали в съответствие с точка 6.22.7.4 автоматичното действие на адаптиращата се система за предни светлини (AFS) не причинява неудобство, на базата на описанието на заявителя, техническата служба трябва да проведе пробно кормуване, което включва всякакви ситуации, свързани с управлението на системата; тя трябва да бъде уведомена дали всички режими се активират, работят и изключват в съответствие с описанието на заявителя; също за очевидни неизправности, ако има такива (напр. прекалено голямо ъглово преместване или трепкане на светлината). | Biex ikun ivverifikat, jekk, skont il-paragrafu 6.22.7.4, il-ħidma awtomatika tal-AFS tikkawżax xi skumdità, is-Servizz Tekniku għandu jwettaq dawra ta’ test li tinkludi kwalunkwe sitwazzjoni rilevanti għall-kontroll tas-sistema fuq il-bażi tad-deskrizzjoni tal-applikant; is-servizz tekniku għandu jkun innotifikat jekk il-modalitajiet kollha jiġux attivati, humiex qed jaħdmu u jiġux deattivati skont id-deskrizzjoni tal-applikant; ħsara ovvja, jekk ikun hemm, għandha tiġi kkontestata (eż. moviment jew ċaqliqa angolari eċċessiva). |
Общият максимален интензитет на предните осветителните модули, които могат да бъдат включвани едновременно за осигуряване на дългата светлина и нейните режими, не трябва да превишава 430000 cd, което съответства на контролна стойност 100. | L-intensità massima aggregata tal-unitajiet tad-dawl li jistgħu jingħataw l-enerġija fl-istess ħin sabiex jipprovdu d-dawl tar-raġġi għaddenija jew il-modalitajiet tiegħu, jekk ikun hemm, ma għandhiex teċċedi l-430000 cd, li jikkorrispondu għal valur ta’ referenza ta’ 100. |
Този максимален интензитет се постига, като се сумират отделните контролни означения, дадени върху няколкото монтирани модула, използвани едновременно за осигуряване на дългата светлина. | Din l-intensità massima għandha tinkiseb billi jingħaddew flimkien il-marki ta’ referenza individwali indikati fuq id-diversi unitajiet ta’ installazzjoni li jintużaw fl-istess ħin sabiex jipprovdu r-raġġ ewlieni. |
Средствата в съответствие с условията от точка 5.8 на Правило № 123, които позволяват превозното средство временно да бъде използвано на територия с обратно движение (ляво или дясно) на това, за което е заявено одобрението, трябва да бъдат подробно обяснени в ръководството за експлоатация. | Skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 5.8 tar-Regolament Nru 123, il-mezzi li jippermettu li l-vettura tintuża temporanjament f’territorju bid-direzzjoni opposta tas-sewqan minn dik li għaliha qed tiġi mfittxija l-approvazzjoni, għandhom jiġu spjegati fid-dettall fil-manwal tas-sid. |
Авариен стоп-сигнал | Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza |
Аварийният стоп-сигнал трябва да се задейства при едновременното задействане на всички стоп-светлини и пътепоказателни светлини, монтирани, както е описано в точка 6.22.7. | Is-sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza għandu jingħata bil-ħidma fl-istess ħin tal-fanali ta’ waqfien jew tal-fanali li jindikaw id-direzzjoni kollha mwaħħla, kif ġie deskritt fil-paragrafu 6.22.7. |
Съгласно посоченото в точки 6.5.2 и 6.7.2. | Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.2 jew 6.7.2. |
Съгласно посоченото в точки 6.5.3 и 6.7.3 | Kif ġie speċifikat fil-paragrafu 6.5.3 jew 6.7.3. |