Source | Target | Joseph Maeser GmbH, Dornbirn, Австрия | Joseph Maeser GmbH, Dornbirn, l-Awstrija; |
IKEA Supply AG, Pratteln, Швейцария | IKEA Supply AG, Pratteln, l-Isvizzera |
Производител износител в държавата аналог | Produttur esportatur fil-pajjiż analogu |
Съдействащият бразилски производител е поискал самоличността му да остане поверителна, тъй като нейното разкриване може да доведе до значителни нежелани последици върху дейността му. | Il-produttur Brażiljan li kkoopera talab biex l-identità tiegħu tibqa’ kunfidenzjali minħabba li l-iżvelar tagħha tista’ tirriżulta f’effetti negattivi sinjifikanti fuq in-negozju tiegħu. |
Искането бе счетено за основателно и поради това прието. | It-talba tiegħu tqieset bħala li kienet mistħoqqa u b’hekk ġiet aċċettata. |
Разследван период | Il-perjodu tal-investigazzjoni |
Разследването на дъмпинга и вредата обхвана периода от 1 януари 2011 г. до 31 декември 2011 г. (наричан по-долу „разследван период“ или „РП“). | L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (“il-perjodu tal-investigazzjoni” jew ‘PI’). |
Тенденциите, които са от значение за оценката на вредата, бяха подложени на разглеждане за периода от 1 януари 2008 г. до края на разследвания период („разглеждания период“). | L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”). |
По отношение на второто искане CCCLA се позова като цяло на съдебната практика на СТО, според която членовете на СТО не могат да избират базова линия, която води единствено до съпоставка на крайните стойности, а ако промяната на базисната година лесно може да опровергае констатацията на вреда, членът на СТО трудно може да установи наличието на съществена вреда. | Fir-rigward tat-tieni talba, is-CCCLA rreferiet f’termini ġenerali għall-każistika tad-WTO li setgħet tistabbilixxi li l-membri tad-WTO ma jistgħux jagħżlu bażi li tirriżulta f’sempliċi tqabbil minn punt ta’ tmiem għal punt ta’ tmiem u li jekk bidla fis-sena bażi tista’ twassal faċilment għal sejba ta’ ħsara, il-membru tad-WTO jista’ jkollu diffikultà biex jistabbilixxi l-eżistenza ta’ ħsara materjali. |
Разследването обаче показа, че съкращаването на разглеждания период в този случай би довело до прекалено кратък период за анализ, който освен това, с оглед на въздействието на икономическата криза върху някои показатели, може да предложи нереалистична картина на вредоносните тенденции. | Madankollu, l-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis tal-perjodu kkunsidrat f’dan il-każ jirriżulta f’perjodu ta’ analiżi qasir bla bżonn li, barra minn hekk, minħabba l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq ċerti indikaturi, seta’ offra stampa ppreġudikata tax-xejriet tal-ħsara. |
Следователно и двете искания бяха временно отхвърлени. | B’hekk, iż-żewġ talbiet ġew miċħuda b’mod provviżorju. |
Б. РАЗГЛЕЖДАН ПРОДУКТ И СХОДЕН ПРОДУКТ | B. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI |
Разглежданият продукт са керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня, понастоящем класирани в кодове по КН 69111000, ex69120010, ex69120030, ex69120050 и ех69120090 и с произход Китайската народна република (наричан по-долу „разглеждан продукт“). | Il-prodott ikkonċernat huwa oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina li bħalissa jaqgħu fl-ambitu tal-kodiċi CN 69111000, ex69120010, ex69120030, ex69120050 u ex69120090 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”). |
Той може да бъде от порцелан или костен порцелан, от обикновена глина, каменина, фаянс или фина керамика или други материали. | Dan il-prodott jista’ jkun tal-porċellana jew tal-kina, ta’ fuħħar komuni, tal-ġebel, taċ-ċaqquf jew ta’ fuħħar fin jew xi materjal ieħor. |
Основните суровини включват минерали, като например каолин, фелдшпат и кварц, като съставът на използваните суровини определя вида на окончателния произведен керамичен продукт. | Il-materja prima ewlenija tinkludi minerali bħal kaolin, feldspar u quartz u l-kompożizzjoni tal-materja prima użata tiddetermina t-tip tal-prodott taċ-ċeramika finali prodott. |
Керамичните съдове и прибори за сервиране или за кухня се продават под най-различни форми, които се развиват с течение на времето. | L-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina jiġu kkummerċjalizzati f’varjetà kbira ta’ forom li komplew jevolvu tul iż-żmien. |
Те се използват на редица места, например домакинства, хотели, ресторанти или здравни заведения. | Huma jintużaw f’firxa wiesgħa ta’ postijiet, pereżempju; djar, lukandi, ristoranti jew stabbilimenti tal-kura tas-saħħa. |
Искания за изключване | Talbiet għal esklużjoni |
По време на разследването бяха представени и анализирани няколко искания за изключване на специфични продукти от обхвата на продукта. | Matul l-investigazzjoni, ġew sottomessi u analizzati bosta talbiet għall-esklużjoni ta’ prodotti speċifiċi mill-ambitu tal-prodott. |
Анализът на тези искания е обобщен по-долу. | L-analiżi ta’ dawn it-talbiet hija miġbura fil-qosor fil-paġni li ġejjin. |
(Фин) костен порцелан | Kina (fina) |
В изложението си CCCLA поиска (финият) костен порцелан да бъде изключен от обхвата на продукта, предмет на разследването. | Fir-rappreżentazzjonijiet tagħha, is-CCCLA sostniet li l-kina (fina) għandha tiġi eskluża mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni. |
Според твърденията, (финият) костен порцелан е коренно различен от другите видове керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня поради разликите във физическите характеристики, производствените процеси, крайната употреба и възприемането от потребителя. | Allegatament, il-kina (fina) hija differenti b’mod fundamentali minn tipi oħrajn ta’ oġġetti għal fuq il-mejda u tal-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, fil-proċessi tal-produzzjoni, fl-użu finali u fil-perċezzjoni tal-konsumaturi. |
Изработен от костен прах от бик, той се отличава с висока белота и просветност. | Magħmula minn trab mill-għadam tal-barri, il-livelli għoljin tagħha ta’ bjuda u transluċidità huma notevoli. |
С много висока механична якост и устойчивост срещу отчупване, той се произвежда с много по-малко сечение и чрез по-сложно и скъпо производство, което обикновено не се използва от производители от Съюза. | B’saħħa mekkanika qawwija ħafna u reżistenza kbira għat-tixlif, din il-kina tiġi manifatturata fi cross-sections ferm irqaq u permezz ta’ produzzjoni aktar sofistikata u għalja mhux tipikament użata mill-produtturi tal-Unjoni. |
Също така, само няколко производители от Съюза произвеждат (фин) костен порцелан. | Barra minn hekk, huma biss ftit produtturi tal-Unjoni li ser ikunu qegħdin jimmanifatturaw il-kina (fina). |
По отношение на тези искания разследването разкри, че, първо, не съществува общоприето определение за костен порцелан. | Fir-rigward ta’ dawn it-talbiet, l-investigazzjoni żvelat l-ewwel nett li ma teżisti ebda definizzjoni aċċettata b’mod universali ta’ kina. |
(Финият) костен порцелан е само една форма на порцелан от мека паста, като голяма част от суровините са същите като при другите керамични изделия. | Il-kina (fina) hija biss forma waħda ta’ porċellana magħmula minn għaġna ratba, b’sehem kbir tal-materja prima jkun l-istess bħal dik li tintuża għal oġġetti taċ-ċeramika. |
В представените докуметни CCCLA си противоречи относно комбинацията и частите на различните съставки. | Fis-sottomissjonijiet tagħha, is-CCCLA kkontradixxiet lilha nnifisha fir-rigward tal-kombinazzjoni u s-sehem tal-ingredjenti differenti. |
Второ, разследването не потвърди, че за (финия) костен порцелан се изисква много по-сложен производствен процес. | It-tieni, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonferma li l-kina (fina) kienet teħtieġ proċess ta’ produzzjoni ħafna aktar sofistikat. |
Трето, употребата на (фин) костен порцелан като съдове и прибори за сервиране е еднаква навсякъде, било то в Китай или в Съюза. | It-tielet, l-użu tal-kina (fina) bħala oġġetti ta’ fuq il-mejda huwa identiku kullimkien, kemm jekk fiċ-Ċina jew inkella fl-Unjoni. |
Също така, твърдостта и якостта не са специфични само за (финия) костен порцелан. | Barra minn hekk, l-ebusija u r-robustezza mhumiex speċifiċi għall-kina (fina). |
Например керамичните съдове и прибори за сервиране за ресторанти или кетъринга са също особено твърди и здрави. | Pereżempju, l-oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda għar-ristoranti jewgħall-catering ikunu partikolarment ebsin u robusti. |
И последно, но не и по важност, (финият) костен порцелан се произвежда от редица производители от Съюза и е в конкуренция с вноса на (фин) костен порцелан с произход от Китай. | Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, il-kina (fina) tiġi manifatturata minn numru ta’ produtturi tal-Unjoni u hija f’kompetizzjoni ma’ importazzjonijiet ta’ kina (fina) li toriġina miċ-Ċina. |
Следователно исканията за изключване на (финия) костен порцелан от обхвата на продукта, предмет на разследването, са временно отхвърлени. | Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni tal-kina (fina) mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni huma miċħuda b’mod provviżorju. |
Керамични (кухненски) ножове | Skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) |
Двама производители износители, CCCLA и различни вносители отправиха искане за изключване на керамичните (кухненски) ножове от обхвата на продукта. | Żewġ produtturi esportaturi, is-CCCLA u diversi importaturi sostnew li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) għandhom jiġu eslużi mill-ambitu tal-prodott. |
Това искане се основава на твърдението, че с оглед на специфичните си характеристики тези ножове и другите видове керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня не биха могли да се разглеждат като представляващи един продукт. | Din it-talba hija bbażata fuq l-allegazzjoni li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom, dawn is-skieken u tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ma jistgħux jitqiesu bħala li jifformaw prodott wieħed. |
Острието на керамичните (кухненски) ножове обикновено е изработено от керамичен материал от циркониев оксид, който не се използва при „стандартните“ прибори и съдове за сервиране като чаши и чинии. | Is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) ġeneralment ikollhom materjal taċ-ċeramika magħmul minn ossidu taż-żirkonju għax-xafra li ma jintużax għal oġġetti “standard” ta’ fuq il-mejda bħal kikkri u platti. |
Степента на взаимозаменяемост с главните категории на продукта, предмет на разследването, е ограничена. | Il-grad ta’ interkambjalità tagħhom mal-kateogiriji ewlenin tal-prodott taħt investigazzjoni sejjer ikun limitat. |
Разследването показа, че керамичните (кухненски) ножове притежават едни и същи физически характеристики (форма и твърдост), промишлен дизайн и крайна употреба (рязане) като металните (кухненски) ножове. | L-investigazzjoni żvelat li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi (għamla u ebusija), disinn tal-industrija u użu finali (li jaqtgħu) bħas-skieken tal-metall (għall-kċina). |
Следователно, те са различни от другите продукти, обхванати от процедурата, тъй като последните са предимно изделия за съхранение на храна поради специфичния им вид и физически характеристики. | Konsegwentement, huma differenti mill-prodotti l-oħrajn koperti mill-proċedura minħabba li dawn tal-aħħar huma primarjament oġġetti intiżi biex iżommu oġġetti tal-ikel minħabba d-disinn speċifiku u l-karatteristiċi fiżiċi tagħhom. |
Освен това, беше заявено, че технологията за производство на керамични (кухненски) ножове не съществува в Съюза, следователно продължаването на разследването по отношение на керамичните (кухненски) ножове би нарушило законодателството на Съюза и на СТО. | Barra minn hekk, ġie sostnut li t-teknoloġija li tipproduċi dawk is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) mhux ser tibqa’ teżisti fl-Unjoni, għalhekk, it-tkomplija tal-investigazzjoni fir-rigward tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) tispiċċa tikser il-liġi tad-WTO u tal-Unjoni. |
Жалбоподателите потвърдиха, че доколкото им е известно, че няма такова производство в Съюза. | Il-kwerelanti rrikonoxxew li, skont l-għarfien tagħhom, ma kienx hemm tali produzzjoni fl-Unjoni. |
Също така беше добавено, че керамичните (кухненски) ножове се продават само на определени за целта места, а и каналите за разпространение (дистрибутори на кухненски пособия) и представителното сдружение (сдружение на производителите на прибори) също се различават. | Ġie miżjud ukoll li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) jinbiegħu biss f’postijiet esklussivi, filwaqt li l-mezzi tad-distribuzzjoni (id-distributuri tal-oġġetti tal-kċina) u l-assoċjazzjoni rappreżentattiva (l-assoċjazzjoni tal-pożati) huma wkoll differenti minn xulxin. |
Разследването обаче не потвърди дали тези разлики са равносилни на различно възприемане от страна на потребителите в сравнение с други видове керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня. | Madankollu, l-investigazzjoni ma setgħetx tikkonferma li dawn il-kwistjonijiet huma ekwivalenti għal perċezzjoni tal-konsumaturi differenti meta mqabbla ma’ tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina. |
Твърдеше се освен това, че мерките за керамичните ножове няма да възстановят справедливите пазарни условия за съдовете и приборите за сервиране, а по-скоро ще навредят на крайните потребители (на керамични (кухненски) ножове). | Ġie allegat ukoll li l-miżuri fuq is-skieken taċ-ċeramika mhumiex ser iroddu kundizzjonijiet ġusti fis-suq iżda pjuttost joħolqu dannu għall-konsumaturi finali (tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina)). |
Някои страни заявиха, че тъй като керамичните (кухненски) ножове не се произвеждат в Съюза, не е възможно да съществува съществена вреда на промишлеността на Съюза в това отношение. | Ċerti partijiet iddikjaraw li, fir-rigward tas-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) mhux manifatturati fl-Unjoni, ma kienx possibbli li kien hemm ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni. |
Комисията подчини анализа на тези твърдения на отговора на въпроса дали керамичните (кухненски) ножове и другите видове керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня се считат за представляващи един продукт. | Il-Kummissjoni ssubordinat l-analiżi ta’ dawn it-talbiet għal konklużjoni dwar jekk is-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) u tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina humiex meqjusa bħala li jifformaw prodott wieħed. |
Въз основа на мотивите в съображение (30) по-горе, разследването достигна до временното заключение, че керамичните (кухненски) ножове са коренно различни от другите видове керамични съдове и прибори за сервиране или за кухня поради разликите във физическите характеристики, производствения процес и крайно предназначение. | Fuq il-bażi tal-kunsiderazzjonijiet fil-premessa (30) hawn fuq, l-investigazzjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li s-skieken taċ-ċeramika (għall-kċina) huma fundamentalment differenti minn tipi oħrajn ta’ oġġetti taċ-ċeramika ta’ fuq il-mejda u tal-kċina minħabba differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, fil-proċessi tal-produzzjoni u fl-użu finali. |
Следователно искането те да бъдат изключени от обхвата на продукта, предмет на настоящото разследване, е временно прието. | Għalhekk, it-talba sabiex dawn l-oġġetti jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott ta’ din l-investigazzjoni ġiet aċċettata b’mod provviżorju. |
Изделия, които изглеждат китайски/ориенталски | Oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali |
Двама вносители заявиха, че съдовете и приборите за сервиране или за кухня, които изглеждат китайски/ориенталски, следва да бъдат изключени от обхвата на продукта. | Żewġ importaturi sostnew li l-oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali ta’ fuq il-mejda u tal-kċina għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott. |
Като основна причина беше изтъкнато, че този вид изделия не се произвеждат в Съюза, че в Съюза търсенето на тези стоки винаги е било задоволявано с внос и че вносът на този вид няма да има отрицателно въздействие върху пазарния дял на промишлеността на Съюза. | Ir-raġuni ewlenija li ġiet allegata kienet li dawn it-tipi ta’ oġġetti ma jiġux manifatturati fl-Unjoni, li d-domanda għal dawn l-oġġetti fl-Unjoni dejjem kienet fornuta minn importazzjonijiet u li l-importazzjonijiet ta’ dan it-tip mhux ser ikollhom impatt negattiv fuq kwalunkwe sehem mis-suq miżmum mill-industrija tal-Unjoni. |
Разследването установи, че не съществува общоприето и обективно определение на тази категория, нито специфични характеристики, които я определят. | L-investigazzjoni sabet li la teżisti definizzjoni oġġettiva u aċċettata b’mod universali ta’ din il-kategorija u lanqas karatteristiċi speċifiċi li jidentifikawha. |
Освен това производителите от Съюза също могат да произвеждат този стил. | Barra minn hekk, il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jimmanifatturaw dan l-istil ukoll. |
Освен това съдовете и приборите за сервиране или за кухня, които изглеждат китайски/ориенталски, нямат уникална или различна крайна употреба. | Barra minn hekk, l-oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali ta’ fuq il-mejda u tal-kċina ma għandhomx użu finali uniku jew differenti. |
И последно, но не и по важност, разследването посочи, че в много азиатски ресторанти се употребяват съдове и прибори за сервиране в западен стил и че въпросните продукти лесно могат да бъдат заменени. | Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, l-investigazzjoni rrimarkat li f’ħafna ristoranti Ażjatiċi jintużaw oġġetti ta’ fuq il-mejda bi stil tal-punent u li l-prodotti inkwistjoni jistgħu jiġu sostitwiti faċilment. |
Затова исканията за изключване на изделията, които изглеждат китайски/ориенталски, от обхвата на продукта, предмет на разследването, са временно отхвърлени. | Għalhekk, it-talbiet għall-esklużjoni ta’ oġġetti Ċiniżi/b’dehra Orjentali mill-ambitu tal-prodott tal-investigazzjoni huma miċħuda b’mod provviżorju. |
Траен порцелан | Porċellana durabbli |